|
San Frangisk - ghat-tfal ... u l-kbar |
|
|
<< lura ghall-Werrej San Frangisk u l-Annimali << lura ghall-Werrej ghat-tfal
u l-Huttaf - 1
storja mill-Hajja ta' San Frangisk
Filghodu Frangisku talab lill-ahwa biex jagrawlu s-silta mir-rakkont tal-Passjoni ta' Gesù Kristu mill-Vangelu ta' San Gwann. Waqt li l-ahwa kienu jaqraw bil-mod, il-qaddis marid baqa' cass u sieket migbur fit-talb. Hafna mill-patrijiet bdew jahsbu li kien digà miet, imma meta l-qari intemm, hu rega' beda jitkellem u talabhom bicca hobz. Hadha f'idejh berikha u qasamha, u hekk rega' wettaq dak li ghamel Gesù fl-ahhar ikla, imbaghad ta bicciet zghar minnha lill-ahwa prezenti. Xtaq ilissen ftit kelmiet, imma ma felahx.
Sadanittant madwar il-gharix kien hemm skiet ta' stennija. L-ahwa ma kienux jafu jekk ghandhomx jitolbu ghal bniedem qieghed imut jew inkella jitolbu lil bniedem li kien digà qaddis. Xi whud kienu bilwieqfa hdejh, attenti ghal kull caqliqa tieghu; ohrajn kienu jitolbu gharkobbtejhom fil-kappella tal-Vergni Marija ta' l-Angli tal-Porziuncola.
Xi kultant is-silenzju kien jinkiser bil-melodija solenni ta' l-Ghanja tal-Hlejjaq li bdiet tidwi u tintilef qalb is-sigar tal-bosk.
X'il-hamsa ta' wara nofs in-nhar Frangisku talab lill-ahwa biex inezzghuh u jhalluh mimdud ghall-qiegha ta' l-art. Frangisku, b'vuci kwazi ma jinstemax, beda jlissen is-Salm 142 akkumpanjat bil-mod il-mod mill-ahwa: "B'lehen qawwi lill-Mulej insejjah, b'lehen qawwi lill-Mulej nitlob... inti s-sehem tieghi f'art il-hajjin... Mill-habs ohrog lir-ruh tieghi, biex inrodd hajr lil ismek...". Meta temm is-Salm, Frangisku radd ruhu lill-Ohtu l-Mewt.
F'dak il-hemda u s-skiet tal-lejl kienu jinstemghu biss hsejjes hfief ta' gwienah itiru. Kienu Hutu l-Huttaf li gew jittajru fuq is-saqaf ta' fejn kien il-Qaddis. Kulhadd jaf li dawn huma tajr ta' bin-nar u mhux ta' bil-lejl! Madanakollu Hutu il-Huttaf ngabru biex jsellmu 'l huhom il-kbir li kien ghadu kif beda l-Jum tieghu - il-jum mimli dawl fil-Hajja ta' dejjem fis-sema.
<< lura ghall-Werrej San Frangisk u l-Annimali << lura ghall-Werrej ghat-tfal Storja addattat mill-Hajja ta' San Frangisk minn Fr Thomas Calleja u b'disinji minn Alessandra Annibali. Assisi 21.7.2003 |
Fil-hemda u s-skiet ta' dak il-lejl kienu jinstemghu biss hsejjes hfief ta' gwienah itiru. Kienu Hutu il-Huttaf li gew jittajru fuq is-saqaf ta' fejn kien ghadu kemm temm hajtu il-Qaddis Frangisku.
|
|