|
San Frangisk - ghat-tfal ... u l-kbar |
|
|
<< lura ghall-Werrej San Frangisk u l-Annimali << lura ghall-Werrej ghat-tfal
u l-Werzieq
stroja mill-Hajja ta' San Frangisk
Il-werzieq dam jghanni qatigh... l-ghanja dwiet ma' kullimkien tant li kienet tinstema' qalb is-sigar tal-bosk, fl-ghelieqi ta' l-inhawi, sahansitra fit-trejqiet tal-gholjiet.
Frangisku kien ilu li tghallem japprezza u jitghaxxaq bil-kobor u l-gmiel tal-holqien. Fih, sahansitra fl-iktar hwejjeg; ckejkna, kien jaghraf il-kobor tal-Hallieq. Ghalhekk hekk kif sema' t-tisfira bla taqta' tal-werzieq, waqaf minn dak li kien qieghed jaghmel biex joqghod jisimghu. Hassu jissahhar bil-hlewwa tal-werzieq u tghaxxaq jisimghu jfahhar lil Alla, bl-ghana tieghu ma jaqta xejn. Tant hassu mqanqal, li gietu xewqa kbira li jaqbdu u jzommu ghal ftit hin. Hass li l-werzieq kien qieghed jghanni u jfahhar lil Alla biex iroddlu hajr f'ismu u f'isem is-shaba bajda li dak il-hin kienet qieghda tittajjar helu helu, il-haxix li kien herqan jistenna n-nida, l-gheniqed dehbjin tal-gheneb, li kienu jtaqqlu d-dwieli...
Frangisku xtaq ihossu qrib il-werzieq ghax f'qalbu hass li din il-hlieqa ckejna kienet qed taghti hilitha kollha lill-Mulej. Xtaq izommu ghal ftit fil-pala ta' idu biex ikun jista jmellsu bl-istess hlewwa u gentilezza li bihom kieku seta' kien izieghed bil-Mulej.
U ghalhekk Frangisku tawwal idu lejn is-sigra tat-tin u qal: "Hija werzieq, ejja ghandi!"
Il-werzieq donnu li fehem, ghaliex f'daqqa wahda tar lejn Frangisku u nizel jistrieh f'idu. Mghaxxaq, Frangisku zied: "Kompli jghanni, Hija Werzieq u fahhar lill-Mulej, il-Hallieq ta' kollox, bil-hlewwa ta' l-innu tieghek!"
Il-wezieq ghamel kif qallu 1-patri, u baqa' jghanni sakemm Frangisku nghaqad mieghu fit-tifhir lil Alla 1-Imbierek. Frangisku xtaq jaqsam ix-xewqat u 1-holm tieghu mal-werzieq u kellmu dwar il-gmiel u 1-armonija tal-holqien, is-sbuhija tal-hajja, u 1-gharfien li kellu tal-mewt. Imbaghad talbu jmur lura fis-sigra.
Minn dak in-nhar, kull darba li Frangisku kien jixref barra mic-cella tieghu, il-werzieq kien jittajjar lejh u jinzel jistrieh fuq idu.. Jum fost 1-ohrajn, Frangisku qal lil shahu 1-patrijiet:
"Il-werzieq ilu hafna qribna, u ghal dan iz-zmien kollu baqa' jhennina bil-hlewwa tal-ghanja tieghu. Issa wasal iz-zmien li nhalluh iwarrab, ghaliex inkella nkunu qed nonqsu fil-frugha".
U minnufih, il-werzieq ittajjar 'il boghod 'il boghod lejn is-sigar tal-foresta u qatt iktar ma rega' lura ghaliex ma riedx jonqos lil San Frangisk.
<< lura ghall-Werrej San Frangisk u l-Annimali << lura ghall-Werrej ghat-tfal Din l-istorja rrakkuntata minn Dorothy Schembri Agius hija mehud mir-Rivista Il-Habbâr ta' Sant'Antnin, nru. 10 - Frar 2003, 45-46. Dawn ir-rakkonti huma addattati mill-ktieb ta' Luciano Radi, Saint Francis and the Animals, Editrice Minerva, Assisi 1999. U b'disinji ta' Alessandra Annibali. Assisi 20.7.2003 |
Frangisku qal lill-Werzieq: "Kompli jghanni, Hija Werzieq u fahhar lill-Mulej, il-Hallieq ta' kollox, bil-hlewwa ta' l-innu tieghek!"
|
|