|
San Frangisk - ghat-tfal ... u l-kbar |
|
|
<< lura ghall-Werrej San Frangisk u l-Annimali << lura ghall-Werrej ghat-tfal
u l-Lupu
storja mill-Fjuretti ta' San Frangisk
Dawk kollha li kienu jghixu fil-belt kienu mahkumin minn biza’ kbir, ghax ta’ spiss kien jersaq lejn il-belt. Kull darba li kienu johorgu barra l-belt, kienu johorgu armati, qishom sejrin ghall-gwerra, u b’danakollu, kull min kien jiltaqa’ mieghu wahdu, ma kienx jista’ jiddefendi ruhu minnu. U waslu li, mbezzghin minn dan il-lupu, c-cittadini ma kienux jazzardaw johorgu barra l-belt.
Minhabba qaghda bhal din San Frangisk gietu hniena min-nies ta’ dik il-belt, u qataghha li jmur jiltaqa’ ma’ dan il-Lupu, ghad li hadd min-nies tal-belt ma tah il-parir li jaghmel bicca bhal din. Radd is-salib imqaddes u mimli tama f’Alla erhielha lejn il-post fejn kien ighix il-Lupu. Il-Lupu mar jiltaqa’ ma’ San Frangisku b’halqu miftuh. San Frangisk resaq lejh u ghamillu s-sinjal tas-salib imqaddes, sejjahlu biex jigi hdejh u qallu: “Ejja hawn, Hija Lupu, u f’isem Kristu nikkmandak li la taghmel hsara lili, u lanqas lil xi hadd iehor.”
Hekk kif San Frangisk ghamillu s-sinjal tas-salib dak il-Lupu tal-biza’ ghalaq halqu, u ma baqax jigri. U malli sema’ ‘l San Frangisk jaghtih il-kmand, gie hdejh gwejjed qisu haruf u nxtehet f’riglejn San Frangisk, U San Frangisk kellmu hekk: “Hija Lupu, int qed taghmel hafna hsara f’dawn l-inhawi, u int hati ta’ hafna delitti, ghax qed teqred u toqtol il-hlejjaq ta’ Alla minghajr il-permess tieghu. U mhux annimali biss qtilt u blajt, imma kellek ukoll il-wicc tost li toqtol il-bnedmin mahluqin ghax-xbieha ta’ Alla. Ghalhekk haqqek min jaghtik il-forka bhala halliel u qattiel mill-aghar. U kulhadd jilminta minnek u jehodha kontrik, u n-nies kollha ta’ din il-belt huma eghdewwa tieghek. Imma, Hija Lupu, jien irrid li ngib il-paci bejnek u bejnhom, hekk li int qatt aktar ma taghmlilhom il-hsara, u huma jahfrulek l-offizi, li rcevew minghandek fl-imghoddi, u li la n-nies u lanqas il-klieb ma jehduha qatt aktar kontrik."
Wara li San Frangisk qal dan il-kliem il-Lupu beda jaghmel gesti b’gismu u denbu u widnejh, u jbaxxi rasu, biex juri li hu jilqa’ kull ma qallu San Frangisk, u li ried joqghod ghalih.
Imbaghad San Frangisk qal: “Hija Lupu, ladarba joghgbok li taghmel int ukoll din il-paci, u zzommha, jien inwieghdek li se jkollok l-ikel kollu mehtieg ghal dejjem, sakemm iddum haj, ghax in-nies ta’ din il-belt se jahsbulek biex int qatt aktar ma tbati l-guh. Imma la darba jien qlajtlek din il-grazzja, irrid, Hija Lupu, li twieghedni li qatt aktar ma taghmel il-hsara, u la lin-nies u lanqas lill-annimali; twieghduli dan?”
U l-Lupu baxxa rasu, u wrieh bic-car li kien jwieghdulu. U San Frangisk qal: “Hija Lupu, irridek li taghtini rahan ta’ din il-weghda biex jien inkun nista’ nafda fik sewwa”. U San Frangisk medd idu biex jiehu r-rahan u l-Lupu refa’ siequ ta’ quddiem dritta, u bil-hlewwa kollha qieghedha f’idejn San Frangisk, u hekk tah is-sinjal li seta’ jaghtih biex jemmnu.
Imbaghad san Frangisk qal: “Hija Lupu, f’isem Gesù Kristu nikkmandak li issa tigi mieghi bla ma tiddubita xejn, u mmorru biex inwettqu din il-paci f’isem Alla”. U l-Lupu ubbidjenti mar mieghu bhallikieku kien haruf gwejjed, hekk li meta n-nies tal-belt raw din il-haga staghgbu mhux ftit. U din l-ahbar malajr xterdet mal-belt kollha u kull xorta ta’ nies, irgiel u nisa, kbar u zghar, zghazagh u xjuh, hargu bi hgarhom fil-pjazza biex jaraw il-Lupu ma’ San Frangisk.
San Frangisk qal; “Huti, isimghuni, Hija il-Lupu, li qieghed hawn quddiemkom, weghdni u sahhahli b’rahan il-weghda tieghu, li jaghmel paci maghkom u li qatt aktar m’hu se jaghmlilkom ebda hsara, u intom wieghduh li kuljum taghtuh dak li jkollu bzonn. U jiena nidhol responsabbli ghalih li hu jhares bil-qawwa kollha l-patt tal-paci”.
Imbaghad in-nies kollha b’lehen wiehed, wieghdu li jibqghu jitimghuh. U San Frangisk quddiem kulhadd qal lil-Lupu: “U int, Hija Lupu, twieghed li thares il-patt tal-paci ma’ dawn u li ma taghmel hsara lil hadd, la bnedmin u lanqas annimali, jew xi hlejqa ohra?” U il-Lupu nizel gharkobbtejh u baxxa rasu u b’caqliq umli ta’ gismu u denbu u widnejh wera kemm seta’ li ried ihares il-patt maghhom. U San Frangisk qallu: “Hija Lupu, irridek li kif tajtni rahan ta’ din il-weghda barra l-bieb tal-belt, hekk ukoll taghtini mil-gdid rahan taghha quddiem il-poplu kollu, li int m’intix ser tqarraq bija ghall-weghda li ghamilt u ghall-garanzija li jien ghamilt ghalik”. Imbaghad il-Lupu gholla siequ dritta u qieghda f’id San Frangisk. Kemm minhabba dan l-eghmil, kif ukoll minhabba l-ohrajn li semmejna qabel, in-nies imtlew bil-ferh u staghgbu, b’qima lejn il-qaddis u wkoll minhabba din il-grajja hekk qaddisa, ukoll minhabba l-paci tal-Lupu, ilkoll bdew ighajtu lejn is-sema, jfahhru u jbierku ‘l Alla, li baghtilhom lil San Frangisk, u li ghall-merti tieghu helsilhom minn halq dik il-bhima feroci.
Wara dan il-lupu dam ighix ghal sentejn f’Gubbio, u kien jidhol hiemed fid-djar minn bieb ghall-iehor minghajr ma ghamel hsara lil hadd u bla ma hadd kien idejqu. U n-nies kienu jmantnuh bil-hlewwa kollha u hu u miexi fit-toroq u jidhol fid-djar, lanqas kelb wiehed ma nebah warajh. Fl-ahhar wara sentejn, Fra Lupu miet bix-xjuhija, u n-nies tal-belt tnikktu hafna, ghax meta kienu jarawh miexi fil-belt huma kienu jiftakru ahjar fil-virtujiet u l-qdusija ta’ San Frangisk.
<< lura ghall-Werrej San Frangisk u l-Annimali << lura ghall-Werrej ghat-tfal Dan ir-rakkont huwa mehud u addatta mill-Kapitlu XXI ta’ Il-Fjuretti ta’ San Frangisk, traduzzjoni ta’ P. Guzepp B. Xuereb OFM, Edizzjoni TAU, Malta 1990. Assisi 20.7.2003 |
San Frangisk qal: “Hija Lupu, f’isem Gesù Kristu nikkmandak li issa tigi mieghi u mmorru biex inwettqu l-paci f’isem Alla man-nies ta' Gubbio”.
|
|