San Frangisk - ghat-tfal ... u l-kbar

 

<< lura ghall-Werrej San Frangisk u l-Annimali

<< lura ghall-Werrej ghat-tfal


   San Frangisk

   u l-Papra

 


storja mill-Hajja ta' San Frangisk


Darba ghal habta tal-bidu tar-rebbiegha, San Frangisk kien ma' whud mill-patrijiet.  Kellhom bzonn jaqsmu l-ghadira biex imorru n-naha l-ohra.  Tghidx kif baqa' mistghgeb xhin lemah gemgha kbira ta' papri resqin lejhom.  Kienu jidhru ghajjenin ghaliex kienu gejjin mill-boghod.  Sikwit kienu jinstemghu jghajtu huma u reqsin lejn ix-xatt.

 

Aktarx li l-papri kienu sa jieqfu hemm ghal lejl wiehed biex jistriehu qabel ikomplu l-Vjagg ghall-ghadajjar tan-naha ta' fuq ta' l-Italja.  Din il-waqfa kienet ta' periklu kbir ghaliex il-kaccaturi kienu digŕ hemm, lesti ghalihom!

 

Wahda mill-papri li nqabdu nghatat lil Frangisku.  X'hin hadha u zammha f'idejh, malajr intebah li l-imsejkna papra kellha qalbha thabbat bil-qawwi bil-biza' li hakimha.  Minnufih Frangisku berikha, ghollieha u telaqha biex tkun tista' ttir hielsa.  Izda, haga ta' l-ghageb, ghalkemm il-papra kienet imxennqa li terga' ssib ruhha hielsa biex tkun tista' tinghaqad mal-papri l-ohra, donnha ma ridtix ticcaqlaq u baqghet hemm, f'idejn Frangisku. bi gwenhajha maghluqin bhallikieku hemm kienet ghall-kenn tal-bejta taghha.

 

Frangisku baqa' mistaghgeb b'dan u fehem ghal darb'ohra kemm hu twajjeb Alla li jserrah lil dawk li jkunu mimlijin bil-biza'.  Bil-hlewwa kollha rass il-papra ma sidru u qalilha: "Ckejkna Ohti, serrah rasek li mil-lum 'il quddiem hadd m'hu sa jipprova jcahhdek mill-helsien li Alla l-Imbierek tak!"  B'dan il-kliem, il-papra kkalmat u ma baqghetx imbezzgha.  Fethet gwenhajha, habbtithom ma' xulxin b'sinjal ta' hajr, tat is-salt u ghabet wara l-gholjiet.

 

Ghal zmien twil, in-nies ta' Greccio baqghu jghixu hajja semplici mibnija fuq it-taghlim ta' san Frangisk, u bhalu ghexu f'ghaqda shiha mal-Hallieq u l-holqien kollu.

 

<< lura ghall-Werrej San Frangisk u l-Annimali

<< lura ghall-Werrej ghat-tfal


Din l-istorja rrankontat minn minn Dorothy Schembri Agius derhet fir-Rivista Il-Habbâr ta' Sant'Antnin, nru. 6 - Frar 2002, 45. Id-Disinji huma ta' Alessandra Annibali. Dawn ir-rakkonti huma addattati mill-ktieb ta' Luciano Radi, Saint Francis and the Animals, Editrice Minerva, Assisi 1999. U b'disinji ta' Alessandra Annibali.

Assisi 20.7.2003


San Frasngisk

bil-hlewwa kollha rass

il-papra ma' sidru u qalilha: "Ckejkna

Ohti l-Papra, serrah rasek

li mil-lum

'il quddiem hadd m'hu sa jipprova jcahhdek

mill-helsien

li Alla

l-Imbierek tak!"