San Frangisk - ghat-tfal ... u l-kbar

 

<< lura ghall-Werrej San Frangisk u l-Annimali

<< lura ghall-Werrej ghat-tfal


   San Frangisk

   u l-Huta

 


storja mill-Hajja ta' San Frangisk


   Kull darba li Frangisku kien imur Greccio kien ihobb jinzel sa l-ghadira Piediluca, li m'hijiex wisq il boghod.  Is-sajjieda tghix kemm kienu jiehdu gost bih, u kull darba kienu jilqghuh bil-qima u l-imhabba li kienet tixraqlu. 

 

Matul wahda miz-zjarat tieghu, sajjied minnhom stiednu johrog jistad mieghu.  Frangisku laqa' din l-istedina b'ferh kbir ghaliex fuq il-bahar kien ikollu ftit hin biex jistrieh u biex jgholli hsiebu lejn il-Hallieq u jfahhru.

 

Is-sajjied beda jistad u ftit tal-hin wara irnexxilu jaqbad huta l-gmiel taghha.  Mill-ewwel taha lil Frangisku li tghidx kemm ferah biha.  Hekk kif qabadha f'idejh mill-ewwel sejhilha "Ohti l-Huta" u berika.  Izda l-huta bdiet titkaghweg u tissielet f'idejh u ghamlet hitiltha kollha biex tizgicca.  X'hin ra hekk Frangisku hass ghafsa ta' qalb, u bla ma qaghad jahsibha nizzilha helu helu fl-ilma.

 

In-nies li kienu qed jaraw x'kien qieghed jigri ma setghux jifhmu ghaliex Frangisku gab ruhu b'dan il-mod u tghidx kemm gergru ghaliex dehrilhom li Frangisku qatt ma kellu jarmi l-bahar huta sabiha bhal dik li biha seta' jaghmel ikla mill-aqwa.  Frangisku ntebah b'dan u ddecieda li jkellimhom bil-hlewwa - kellimhom dwar is-sbuhija tal-hlejjaq kollha u talabhom biex flimkien mieghu, jinfexxu f'ghanja ta' hajr u tifhir lil Alla l-Imbierak.

 

Izda sadattant kienet qed tigri xi haga mhux tas-soltu.  Is-sajjieda ndunaw li l-huta kienet regghet telghet f'wicc l-ilma, izzigg u taqbez u ddur mad-dghajsa bhallikieku kienet qed tipprova trodd hajr lil Frangisku.  Bl-agir taghha donnha hi wkoll riedet tinghaqad mieghu u mas-sajjieda biex tfahhar lil Alla ghax bhalhom fehmet li l-Hallieq jghaqqad il-hlejjaq kollha permezz ta' l-imhabba.

 

<< lura ghall-Werrej San Frangisk u l-Annimali

<< lura ghall-Werrej ghat-tfal


Din l-istorja rrakkuntata minn Dorothy Schembri Agius hija mehud mir-Rivista Il-Habbâr ta' Sant'Antnin, nru. 8 - Frar 2002, 45. Dawn ir-rakkonti huma addattati mill-ktieb ta' Luciano Radi, Saint Francis and the Animals, Editrice Minerva, Assisi 1999. U b'disinji ta' Alessandra Annibali.

Assisi 20.7.2003


Hekk kif qabadha f'idejh

Frangisku

mill-ewwel sejhilha

"Ohti

l-Huta"

u berika.