San Frangisk - ghat-tfal ... u l-kbar

 

<< lura ghall-Werrej San Frangisk u l-Annimali

<< lura ghall-Werrej ghat-tfal


   San Frangisk

   u l-Alwett

 


storja mill-Hajja ta' San Frangisk


Jum fost l-ohrajn, wara l-ikla ta' nofs in-nhar, il-patrijiet Frangiskani baqghu madwar il-mejda, bhal ma kienu jaghmlu s-soltu, biex iqattghu ftit hin flimkien jiddiskutu u jitkellmu bejniethom.

 

Inzerta li dak in-nhar kien il-Gimgha. Dak iz-zmien, bhala sinjal ta' cahda, ma kienx permess jittiekel laham nhar ta' Gimgha u ghalhekk il-kliem waqa' fuq dan id-dmir. Wiehed mill-patrijiet, Fra Morico, staqsa: "X'naghmlu jekk il-Milied jinzerta l-Gimgha? Ghandna nimxu mar-regola jew le?"

 

Kulhadd qal tieghu, izda ma setghux jaqblu. San Frangisk kien qieghed isegwi d-diskussjoni fis-skiet, izda x'hin intebah li ma kienu waslu mkien, qalilhom: "Mhux sewwa li tirreferu ghal jum it-twelid ta' Gesů Bambin bhallikieku huwa jum bhall-ohrajn. Il-Milied huwa festa kbira u importanti hafna u ghalhekk kulhadd ghandu jiccelebrah bil-kbir."

 

Shabu l-patrijiet kienu jafu li kienet ix-xewqa ta' Frangisku li f'dak il-jum qaddis - jum il-Milied - il-foqra jkollhom ikel bnin biex ikunu jistghu jifirhu huma wkoll u kien jaghmel minn kollox biex ihajjar lis-sinjuri jaghtu ftit minn gidhom almenu f'jum il-Milied. Kien jixtieq ukoll li sahansitra l-hmir u l-gniedes jinghataw silla aktar mis-soltu.

 

"Li kienu nista' nkellem lill-Imperatur", qal Frangisku, "nitolbu johrog bandu biex nhar il-Miled, fit-triq jinxterdu l-qamh u zrieragh ohrajn biex f'dan il-jum qaddis, l-ghasafar kollha, b'mod specjali l-alwett, isibu x'jieklu."

 

Semma' l-alwett ghaliex dawn l-ghasafar kienu tassew ghal qalbu. Sikwit kien jghid, "Ohtna l-Alwetta ghandha kapocc bhalma ghandna ahna r-religjuzi. Hija ghasfura umli u tohrog tfittex iz-zrieragh ma' kullimkien. Tghaddi hin twil tfittex l-ikel minghajr ma tgemgem u taf tikkuntenta b'dak li ssib, ukoll jekk ikollha tnaqqar l-ikel minn xi mizbla. Fuq kollox, hija u tittajjar dejjem tghanni u tfahhar lill-Mulej bhalma ghandna naghmlu ahna lkoll."

 

U Kien ikompli: "Ir-rix ta' din l-ghasfura huwa lewn it-trab ta' l-art u ghalhekk hija ta' ezempju ghalina r-religjuzi biex niccahhdu minn hwejjeg bil-lwien qawwija u sbieh u minflokhom nuzaw dawk li ma jiswewx wisq."

 

Frangisku kien ihossu jrid itir bil-ferh kull meta kien jara jew jisma' dawn l-ghasafar jghannu. Kien jaghmel minn kollox biex ikun bhalhom minghajr irbit ma' hwejjeg bla bzonn u hieles minn hsibijiet zejda li jtaqqluh. L-ghan ewlieni ta' hajtu kien li jfahhar il-kobor tal-Mulej, u jroddlu hajr ghal gmiel il-holqien.

 

<< lura ghall-Werrej San Frangisk u l-Annimali

<< lura ghall-Werrej ghat-tfal


Din l-istorja rrakkuntata minn Dorothy Schembri Agius hija mehud mir-Rivista Il-Habbâr ta' Sant'Antnin, nru. 8 - Ottubru 2002, 45-46. Dawn ir-rakkonti huma addattati mill-ktieb ta' Luciano Radi, Saint Francis and the Animals, Editrice Minerva, Assisi 1999. U b'disinji ta' Alessandra Annibali.

Assisi 15.7.2003


"Ohtna

l-Alwetta ghandha kapocc bhalma ghandna ahna

r-religjuzi. Hija ghasfura umli ... 

Fuq kollox, hija u tittajjar dejjem tghanni

u tfahhar

lill-Mulej bhalma ghandna naghmlu

ahna lkoll."