![]() |
Santa Klara ta' Assisi - poeziji | |
Santa Klara ta' Assisi - 16 Il-Klarissi lil Ommhom Klara fil-Festa Taghha ta' Patri Dumink Boenllo ofmconv Il-Klarissi lil Ommhom Klara, fil-Festa taghha
Regghet waslet dil-festa ghaziza Ommna Klara, bik ahna kburin Ghax maghruf l-isem tieghek mad-dinja, Ixandruk l-ulied tieghek, henjin.
Ghax ghalkemm ghaddew dawn is-snin kollha Sa minn meta did-dinja hallejt, Giehek kiber u xtered fl-art kollha, U lil hafna tamparek ghaddejt!
F'dan il-jum hekk sabih, bik nifirhu, Inressqulek mill-qalb, talb herqan; Isma; talbna, u xerred il-grazzji Fuq il-poplu ghal Alla hekk ghatxan.
Din it-talba nixtiequ naghmlulek: "Idhol dejjem ghal dawn it-tfajliet li jhossuhom imsejha ghal maghna halli jghixu fit-talb, f'hidma u skiet!"
Ahwa wkoll, l-ulied tieghek migbura, Ta' kuljum, herqanin, nitlobuk Tieqaf maghhom biex jaghmlu hilithom U bil-qalb u b'kuragg isegwuk.
Ixhet fuqna dik harstek, o Klara, Zommna dejjem ruh wahda flimkien, Sa ma naslu hemm fejnek fis-sema Meta ntemmu fuq l-art taghna z-zmien.
Rabat - Malta 26 ta' Lulju 2009 Il-poezija waslet ghandna minghand Patri Dumink Bonello Valletta 6-8-2009 |
![]() Santa Klara ta' Assisi |
|
![]() |