![]() |
Santa Klara ta' Assisi - poeziji | |
Santa Klara ta' Assisi - 15 Santa Klara, Ghadek mahbuba! ta' Patri Dumink Boenllo ofmconv Santa Klara, Ghadek Mahbuba!
Ghaddew jigru bhal lehha ta' berqa das-snin kollha minn fuqek, O Klara, u dak ismek sabih kellu jibqa', fil-qlub dahal ta' nies, bosta Nsara.
Ghaliex hafna sal-lum hekk isemmu lil uliedhom b'dak ismek sabih, Clair jew Chiara, li jixraq b'kull lingwa, tfal, tfajliet imkabbrin sewwa bih!
M'hux dan imma, li ghamlek wisq kbira quddiem Alla li kien mar sejjahlek biex tkun bint ta' Frangisk il-kbira, u tmur tfassal fuq tieghu dik hajtek.
Izda kienet qdusitek minn dejjem li bhal gilju li jfuh tarmi l-fwieha u sirt ghanja fil-hajja mghoddija f'penitenza, sal-mewt bqajt sabiha!
Min se jghodd ix-xbejbiet kollha mhabba li maz-zmien tul it-triq imxew mieghek, Klara ghaziza, u kollok qdusija, sabiex jghixu hajjiethom bhal tieghek?!
Isma' t-talba li mmorru naghmlulek: Tinsihomx lil dawn l-angli ta' wliedek, u zid maghhom tfajjliet ohrajn twajba kif zgur Alla dan taghmel jixtieqek.
Nitolbuk, ibqa' xerred mis-sema dawk il-grazzji li tant jitolbok biex ikomplu fit-triq tal-qdusija, b'hekk juruk li tassew ihobbuk!
Victoria-Ghawdex 18 ta' Awwissu 2007 Il-poezija waslet gghandna minghand Patri Dumink Valletta 25-9-2006 |
![]() Santa Klara ta' Assisi |
|
![]() |