![]() |
Santa Klara ta' Assisi - poeziji | |
Santa Klara ta' Assisi - 9 Sliem Ghalik, Qaddisa Klara ta' Sr Maria Immaculata Belizzi OSC Sliem Ghalik, Qaddisa Klara
R/. Sliem ghalik, qaddisa Klara: int fil-Knisja dawl sabihh, Bla ma tehda fis-santwarju, thobb u tishar bla mistrieh. Ghadek ckejkna f'dar missierek, int kont thenn ghall-imsejknin Kont ticcahhad bla ma turi, biex lil dawn tarahom henjin.
1. Hekk kif bdejt titfarfar gmielek, inti smajt lehen Frangisku Li minn ghani safa fqajjar, biex jitghannaq f'dirghajn Kristu. Dik il-hegga, dik il-hrara, dik l-imhabba assoluta, Lilek hatfet u gibditek sa ma' Kristu sfajt marbuta. R/.
2. B'girja tirt lejn San Damiano, meta hrabt minn dar missierek, Hemm offrejt lil Dak li habbek, is-sbuhija ta' zoghzitek, Migbudin minn dik l-imhabba, dlonk xbejbiet grew ghalenija Ghal ghand Kristu, illi ghamlek, mera u fwieha ta' qdusija. R/.
3. Meta waslet l-ahhar siegha, l-Omm imbierka giet izzurek, Tbaxxiet fuqek u fuq mohhok, bl-akbar hlewwa araha tbusek. U int, hamiema, ittajjart lejn is-sema kbir, kahlani, L-ahhar kliem kien radd ta' hajr: Nizzikhajr, Mulej, li hlaqtni! R/.
Kliem ta' Sr Maria Immaculata Belizzi OSC, Muzika ta' Mons Guido Calleja - 1993. Assisi 19.6.2003 |
![]() Santa Klara ta' Assisi
|
|
![]() |