Santa Klara ta' Assisi - poeziji
 

werrej


Santa Klara ta' Assisi - 6


Ha jghanni l-poplu


Innu ta' l-Ufficcju tal-Qari


Ha jghanni l-poplu

 

Ha jghanni l-poplu t'Alla b'ferh u hena

tifhir li jixraq lil dil-Vergni mbierka,

li mxiet wara Omm Kristu b'qalb nadifa

u ruhha mtiliet, minn jum ghal jum bil-grazzja.

 

Fost dawk li weghdu l-faqar, l-ewwel wahda,

imseddqa mis-Smewwiet b'ghotjiet mill-aqwa,

bil-hidma ghaqlija taghha kisbet merti

li tawha, kif kien xieraq, hlas ghal dejjem.

 

Fil-berah tas-smewwiet nibtet bhal kewkba

u dehret kollha dawl abjad, leqqieni,

ghax Kristu, Dawl li minnu kull dawl iehor,

ried hekk - li Santa KLara dejjem tiddi.

 

Bint xierqa ta' Frangisku, harset sewwa

u bla nuqqas ta' xejn il-Vot tal-Faqar:

imxiet qrib sew ta' Kristu, saret tixbhu

id-dawl tal-hajja taghha jimla id-dinja.

 

Stmerret il-hajr tad-dinja, l-gmiel li jghaddi

u ntelqet fid-dirghajn ta' l-Omm ta' Kristu;

twieznet ma' Kristu tul it-triq tal-hajja

u mieghu - l-Akbar Fqir - imxiet fil-faqar.

 

Ghall-merti ta' dil-Vergni, Santa Klara,

ha naghtu glorja lill-Missier ta' dejjem,

u gieh lil Ibnu Mqaddes il-Wahdieni,

U qima shiha lill-Ispirtu s-Santu. Amen.

 


Innu mill-Liturgija tas-Sighat fil-Festa ta' Santa Klara ta' Assisi, 11 ta' Awissu

Assisi 29.3.2003 


 

Santa Klara

ta' Assisi