Santa Klara ta' Assisi - poeziji
 

werrej


Santa Klara ta' Assisi - 5


Il-Patrijiet Minuri b-qalb ferhana


Innu ta' l-Ewwel u t-Tieni Ghasar


Il-Patrijiet Minuri b-qalb ferhana

 

Il-Patrijiet Munuri b-qalb ferhana

jghannu ir-rebh ta' Santa Klara

ghax kienet hi li twieldet l-ewwel wahda

     minn qalb Frangisku.

 

Xebba nadifa, Inti, Santa Klara,

ilqa' dan l-ghana taghna dawwal qlubna,

ftakar li Int twelidt biex din id-dinja

     timlieha b'dawlek.

 

Kont ghadek ckejkna hafna f'dar missierek

u bikri qalbek bdiet ixxerred dija

ta' tjieba tas-Smewwiet li kellha tirbah

     fuq dinja mcajpra.

 

Qalbek hanina kienet tghin 'l-imsejkna

sa kont ticcahhad mill-ghaxien tal-gisem

biex taghti 'l-foqra l-ikel u thaffihom

     it-toqol iebes.

 

Il-gisem tieghek dghajjef, maqdes safi,

kont trazznu b'sawm qalil u cahdiet ohra,

waqt li s-sighat tal-lejl kont tghaddi titlob

     bi hrara kbira.

 

Lilek Missier Etern, Int dawl minn dejjem

Lill-Iben il-Mahbub, Feddej tad-dinja,

u lill-Ispirtu s-Santu, naghtu qima

     illum, u dejjem. Amen

 


Innu mill-Liturgija tas-Sighat fil-Festa ta' Santa Klara ta' Assisi, 11 ta' Awissu

Assisi 29.3.2003 


 

Santa Klara

ta' Assisi