Santa Klara ta' Assisi - poeziji
 

werrej


Santa Klara ta' Assisi - 4


Klara t'Assisi


  ta' Sr Marie Carmel Saliba OSC


Klara t'Assisi

 

Klara tfajla nobbli u twajba,

Dejjem xtaqet thobb lil Kristu.

Fehmet dan kif tista' taghmlu

Meta semghet lil Frangisku.

 

Trid titgharras ma' Gesù.

Fqira u umli, tghix migbura,

Qalbha ttiH u taghmel bhalU,

M'ahwa ohra f'talb maghquda.

 

Lejla wahda f'Hadd il-Palm,

Libset l-isbah ilbies taghha,

U minn darha fid-dlam harbet,

Siehba griet ferhana maghha.

 

B'girja marret il-Porzjukola,

Fejn stennewha shab Frangisku,

F'talb herqan ghal ohthom Klara

Li nghatat b'imhabba 'l Kristu.

 

Xagharha qata' s-Serafiku,

Gharkubbtejha hdejn l-altar

Dedikat 'l Ommna Marija,

U lil Alla kkonsagraha.

 

Warrbet it-tlellix tad-dinja,

Kumdita', ikel mill-aqwa,

L ilbies fin u l-gawhar taghha

Ghall-kurdun u tonka fqira.

 

Bhalha ghamlu tfajliet ohra.

hallew l-ghozza tal-familja

Biex bhal ahwa, ulied Frangisku,

Jaqdu `l Kristu f'San Damjan.

 

Klara kienet dawl u mera

Ta' Gesù, umli u fqir,

Wriet lil hutha din it Triq:

Glorja u dija tal-Missier.

 

"Privilegg" ghal Klara kien

Tafda biss f'Alla l-Missier,

Li jipprovdi bla waqfien

Lil uliedu ic-ckejknin.

 

Biex tghix fqira kkumbattiet,

Halliet Regola ghas-Sorijiet

Li il-Knisja approvat

U b'mewta hienja halliet l-art.

                           

                                                   Sr Marie Carmel Saliba OSC

San Giljan, 18 ta' Marzu 2003


Assisi -2l.4.2003 


Santa Klara

ta' Assisi