![]() |
Santa Klara ta' Assisi - poeziji | |
Santa Klara ta' Assisi - 2 O Klara, da'l-jum 11 ta' Awissu 2003 poezija ta' Fr Thomas Calleja
O Klara, da'l-Jum b'tifkirek ikun.
Mill-ghodwa, mas-sebh nghannulek bil-ferh.
Minn kmieni sat-trad imsebbah bil-ward,
Altarek ikun matul dan il-jum!
Minn jiemek, bikrin ghaddew ghadd ta' snin:
Fis-satra tal-lejl bla xejn qist il-kejl
lin-niesek hallejt ma' Frangisk int gejt.
Ghad-dinja, int mitt, ta' fqira, tghix ridt.
Ic-coqqa ilbist u xaghrek qarwist,
Ma' qaddek kurdun ghax hekk xtaqt li jkun
lil gismek razzant salibek haddant,
minn issa 'l quddiem triq timxi flimkien
ma' Gesł Feddej, B'Sid tieghek, mexxej.
Mill-agha boghod, mill-hemm maghluqa ghal kenn
tal-Qaddis Damjan bejn erba' hitan:
Fil-gabra, fit-talb li johrog mill-qalb;
ma' l-ahwa fis-skiet hekk hajtek ghaddiet.
Lil hutek, bhal omm madwarek izzom.
Marida, izd'int lil ahwa wezint,
U lilhom fissirt tas-sema l-wirt.
il-faqar perfett ghannaqtu, hekk rett
Ghax fis-sema tezor ghalik ridt issorr.
Tul hajtek fuq l-art lil Alla fahhart.
Bhal xitla tal-gnien hekk bqajt int sat-tmiem.
O Klara, kull gieh lil ismek sabih!
O Klara, da'l-jum b'tifkirek ikun!
Thomas Calleja OFMConv. Fl-okkazjoni tas-750 sena mill-mewt ta' Santa Klara Assisi - 11 ta' Awissu, 2003 Assisi ll.8.2003 |
![]() Santa Klara ta' Assisi |
|
![]() |