Santa Klara ta' Assisi - 750 sena mill-Mewt - 1253-2003
 

◄◄|werrej|►►


Il-prezenza tal-Klarissi f'Malta


kitba ta' Sr Marija Immakulata Bellizzi OSC


Dan l-artiklu inkieteb fl-okkazjoni tat-tmiem

it-800 sena mit-Twelid ta' Santa Klara (1193-1994)

u t-80 sena ta' Prezenza tal-Klarissi f'Malta (1914-1994)


 

"X'joqoghdu jaghmlu maghluqa hemm gew?"

 

Il-wasla ta' l-ewwel Klarissi minn Nazaret kienet xoghol tal-Providenza ta' Alla ghax ma kienet mahsuba xejn. Ibda biex, il-kawza kienet l-Ewwel Gwerra Dinjija. L-Art Imgaddsa, il-pajjzi fejn ghex Gesù flimkien ma' l-Omm Vergni Tieghu u San Guzepp, kienet Protettorat Franciz. Hekk kif faqqghet il-gwerra, it-Turkija nghaqdet mal-Germanja kontra Franza, l-Ingilterra u l-Italja, u baghtet it-truppi taghha gol-Palestina. Dlonk hareg editt biex ic-cittadini Francizi jitilqu bla dewmien.

 

Il-Klarissi Francizi ta' Nazaret u Gerusalemm, li kienu gew minn Paray-le-Monial xi 26 sena qabel, issa kellhom ihallu l-monasterji taghhom u jitilqu hesrem mal-kotra ta' religjuzi Francizi u Taljani li kienu jinsabu fil-Palestina. Il-hsieb taghhom kien li jisbarkaw Lixandra, l-egreb port, sakemm tispicca l-gwerra li huma hasbu ma ddumx, imma l-pjan ta' Alla kien xort'ohra. Il-vigarja zaghzugha ta' Nazaret, Sr Marie-Joseph, kellha vokazzjoni missjunarja. Kienet thoss f'qalbha sejha biex twaqqaf l-Ordni tal-Klarissi f'Malta. Ix-xewqa taghha sehhet meta fil-port ta' Lixandra, il-konslu Franciz tala' abbord u habbar li kien hemm bastiment jistenna biex jiehu dawk il-passiggieri Franciiz li riedu jibqghu sejrin lejn l-Ewropa. Flimkien mal-Klarissi kien hemm is-Sisters of St. Joseph li ttallew Nazaret biex isibu kenn go Malta. Id-decizjoni malajr inqatghet. Il-Badessa u l-Vigarja rrangaw mal-konslu biex jigu Malta u dan haffilhom il-passagg minn bastiment ghall-iehor. U hekk sar. Waslu Malta fl-10 ta' Dicembru 1914, wara vjagg ta' gimaghtejn li matulu batew hafna.

 

Il-Bini ta' Monasteru f'San Giljan

 

Is-Sorijiet ta' St. Joseph haduhom maghhom fil-kunvent li kellhom fi Triq Zakkarija, il-Belt, imma dan kien zghir wisq biex jasa' s-Sorijiet taghhom flimkien ma' 24 Klarissa li waslu  ghal gharrieda. Madre Alessina Sassoli cemplet lill-Amministratur tad-Djocesi, Mons. Angelo Portelli O.P. u dan giebhom fil-Palazz ta' l-Isqof biex jghaddu l-lejl hemm. Monsinjur Portelli wera "mhabba ta' missier," tghid il-Kronista. L-ghada gew milqugha ghand is-Sorijiet tal-Karità, Hal Tarxien, fejn ghaddew tnax-il jum. Imbaghad Mons Portelli offrielhom kunvent zghir go Haz Zabbar tas-Sorijiet Missjunarji ta' l-Egittu (illum jissejhu Frangiskani Missjunarji tal-Qalb Bla Tebgha ta' Marija) fejn dahlu ghall-Milied 1914. Hemm ghaddew l-erba' snin  tal-gwerra.

 

Meta daqqew l-gniepen tal-11 ta' Novembru 1918, il-komunità bdiet tahseb biex tmur lura Nazaret, imma baqghu erbgha biex bil-permess ta' Mons. Arcisqof Maurus Caruana OSB jiffurmaw fundazzjoni.

 

Fl-1920 gew San Giljan f'dar li ghadha sal-lum 20, Triq tal-Karmnu. Hemm il-komunità ziedet u bil-mod il-mod il-Providenza ta' Alla ghenithom biex jinebeda l-bini tal-monasterju. Ircevew ghajnuna mhux biss minn Malta, imma minn benefatturi fl-Ingilterra, l-Amerika u Franza.

 

Is-Sur Alfons M. Galea kien is-Sindku tas-Sorijiet u ghenhom bil-mezzi kollha. L-ahhar saram kien ix-xiri ta' bicca art. Is-Sorijiet ghamlu novena lill-Bambin ta' Praga u weghduh li jekk jaghtihom l-art, il-knisja u l-kunvent ikunu ddedikati lilu. Kif spiccat in-novena sar l-akkwist ta' l-art u l-kuntratt. It-tqeghed ta' l-ewwel gebla sar fit-12 ta' Awissu 1933, fit-25 ta' Marzu 1935 l-komunità dahlu fil-monasterju gdid li l-Mulej ghogbu jghammru b'ulied Klara ta' Assisi.

 

L-Ideal ta' ulied Klara ta' Assisi

 

Hawn nigu fil-qofol tal-mistoqsija li ta' spiss tinstama': "Dawn x'joqoghdu jaghmlu maghlugin hemm gew?"

 

Dak li jghodd fil-hajja kontemplattiva huwa li tkun, mhux dak li taghmel. Izda li togghod quddiem Alla, fi stat ta' adorazzjoni  u ta' intercessjoni. Il-mudell ta' Klara ta' Assisi huwa Marija ta' Nazaret fuq il-Kalvarju, Omm Gesù. Fuq Santa Klara hemm miktub li seret "stampa ta' l-Omm divina" Stampa jfisser xebh perfett. Dan ix-xebh jinsab minn gewwa. Bhal Marija, kollha moghtija lil Alla, helwa u qawwija, deciza determinata. Taccetta l-ghazliet jnebbahha l-Ispirtu, ikunu iebsa kemm ikunu.

 

L-IVA taghha qatt ma naqas; hajja ta' qadi fil-komuni, ta' ferh, u talb bla heda, ghaqda shiha ma' Alla tisma' l-Kelma tieghu u twettaq Xoghol mohbi li jixbah lil dak ta' nahal fil-kwiet u fis-skiet. Xoghol siewi ghall-bnedmin. "Min ihobb hwejjeg tad-dinja jitlef il-frott ta' imhabba", tghidilna Klara. Ghalhekk "fittxu l-haga wahda biss li mehtiega" - il-hajja ta' dejjem.

 

Dan huwa l-ideal li ulied Klara ta' Assisi jippruvaw jimitaw mill- boghod, mill-boghod, bla ma qatt jilhquh, ha jsiru dak li trid il-fundatrici taghhom: "ghajnuna tal-membri dghajfa tal-Gisem Mistiku ta' Kristu"  Kull vokazzjoni hija sejha divina. Lil min Gesù jghidlu: "Mur, mur... imxi warajja" u lil min "Ibqa' hawn sa ma nigi ghalik, b'libsa bajda u bil-musbieri mixghul". Bhal Pietru u Gwanni fuq ix-xatt tal-Bahar ta' Tiberija.

 

Ghaddew 80 sena (issa kwazi 90 sena), u fihom dawn ix-xebbiet li ngibdu wara l-ideal Klara ta' Assisi, habbew, talbu, hadmu, batew u daqu wkoll ferh spiritwali u paci li d-dinja ma tistax taghti. Taw l-ahjar ta' hajjithom lil Alla u lill-Knisja tieghu. U llum filwaqt li jghidu "grazzi" lill-Mulej ghidu wkoll "grazzi" lill-kotra kbira ta' hbieb u benefatturi taghhom li jirrendu possibbli din il-hajja moghtija ghall-adorazzjoni u l-intercessjoni u jtennu ghal dejjem radd ta' hajr ta' l-Omm u Fundatrici taghhom: "Grazzi, Mulej,  li hlaqna ghalik!"

 

◄◄|werrej|►►


Dan L-artiklu gie pprovdut mill-Klarissi f'Malta fis-7 ta' Gunju 2003 u kien deher fil-Lehen is-Sewwa tas-Sibt 10 ta' Dicembru, 1994, p10 u 13.

Assisi 20.6.2003


Santa Klara

ta' Assisi

750 Sena mill-Mewt 1253-2003

 

Dan is-750 Anniversarju nibdew niccelebrawh

minn

Hadd il-Palm

(13 ta' April) 2003 meta ohtna Klara harbet mid-dar

ta' missierha

u weghdet ubbidjenza

lil Frangisku quddiem

Santa Marija

ta' Angli

u ngibuh

ghat-tmiem b'celebrazzjoni kbira nhar

il-Festa ta'

Santa Klara

hl-11 ta' Awissu 2004.

 

mill-ittra

tal-Ministri

Generali