![]() |
Santa Klara ta' Assisi - 750 sena mill-Mewt - 1253-2003 | |
Santa Klara bil-Pissidi f'idejha kitba ta' Sr Marija Immakulata Bellizzi OSC Ghaliex Santa Klara hija rrapprezentata bil-pissidi f'idejha?
Dik ix-xbieha ta' Klara bil-pissidi f'idejha (l-ostensorju kien ghadu ma jezistix; kienu l-artisti ricenti li dahhluh) saret l-akbar wahda popolari mis-seklu 17 'il hawn. L-origini ta' din ix-xbieha huwa fatt storiku, li baqa' mfakkar kull sena f'Assisi fit-22 ta' Gunju b'processjoni trijonfali msejha "la festa del voto" f'gieh "Santa Chiara liberatrice di Assisi".
Il-fatt tirrakkontah Swor Francesca, wahda mis-Sorijiet, fil-Process li sar tlett xhur biss wara l-mewt ta' Santa Klara bhala l-ewwel pass biex tkun dikjarata Qaddisa. Dan il-gest ifakkar, qalilna l-Papa fl-Ittra tal-11 ta' Awissu 1993, ghalkemm b'mod akbar solenni, ir-rejaltà umli ta' din il-mara, li ghalkemm marida hafna, meghjuna minn zewg sorijiet, tinxtehet quddiem ic-ciborju tal-fidda li kien fih l-Ewkaristija u titlob harsien mit-truppi Saracini mikrija mill-Imperatur.
L-Imperatur Federiku II hadha kontra l-Papa u kera truppi Misilmin biex jitqabdu ghalih. Dawn ghamlu herba, fil-pjanura ta' Spoleto u bnadi ohra, daru mal-Kunvent ta' San Damiano, ixxabbtu bis-slielem u qabzu gol-kjostru u kienu se jifqghu l-bieb tar-refettorju fejn is-Sorijiet kienu migbura f'biza' tal-mewt. Klara zammet il-kalma. Talbet li jgibulha l-pissidi (kien hemm zewg Patrijiet fil-grib taghhom) u dan gie mqieghed quddiem il-bieb tar-refettorju bejn it-truppi Misilmin u s-Sorijiet. Inxtehtet fl-art bil-ghajnuna ta' zewg Sorijiet, Swor Francesca u Swor Illuminata, u talbet: "Mulej, hares lil dawn il-qaddejja tieghek ghax jien ma nistax". U dawk it-tnejn semghu lehen helu hafna jwiegeb: "Jiena dejjem niehu hsiebkom" . U Klara kompliet: "Mulej, hares ukoll nitolbok, din il-belt" U l-istess lehen rega' nstama': "Il-belt tbati, imma se tkun mehlusa."
U hekk sar. II-Misilmin marru u ma ghamlu hsara lil hadd.
Dak li jinteressa huwa li Klara titlob b'fidi u b'insistenza kbira, titlob quddiem l-Ewkaristija. Is-seklu ta' Klara kien seklu li fih sar qawmien ta' fidi u ta' devozzjoni Ewkaristika. II-Koncilju Lateran IV kien ghamel precett li ghadu jorbot sa llum, ta' l-obbligu tat-tqarbin mill-inqas darba fis-sena. It-tqarbin kien gie ttraskurat hafna.
Kien iz-zmien li fih bdiet il-festa ta' Corpus, wara r-rivelazzjonijiet li saru lil Santa Guliana ta' Mont Cornillon u San Tumas hareg dik il-liturgija sabiha tal-Gisem ta' Kristu. Ghal Klara, fil-mument tal-periklu, lejn fejn ghandha ddur? Tmur hemm f'ras-il-ghajn, hemm fejn jinsab il-Mulej bil-Gisem irxuxtat tieghu. Dak huwa l-akbar don ta' Alla; jinsab hemm. Il-prezenza ta' Kristu mal-Knisja tieghu, ghal kull wiehed u wahda minna, l-akbar habib, qieghed hemm. Dan il-miraklu huwa wkoll xhieda ta' servizz dirett tal-hajja kontemplattiva fil-hajja socjali tal-pajjiz.
Is-sena ta' wara (1241) raga' kien hemm attakk iehor ta' Assisi. Il-General ta' Federiku, Vitale de Aversa, ma hamilx dik ir-rebha pacifika, u assedja l-belt. In-nies li saru jafu bl-intervent ta' Klara, grew lejn il-monasteru u talbuha l-ghajnuna. Kiara baghtet is-Sorijiet jitolb quddiem l-Ewkaristija Mqaddsa. L-ghada faqqghet tempesta tal-biza', harbtet il-kampijiet tas-suldati, Vitale refa' l-assedju, u ftit taz-zmien wara dak ir-ragel instab maqtul.
Din ix-xitwa li ghaddiet (1993), is-Sorijiet Klarissi ta' Brestovsko fil-Bosnia, fondazzjoni ta' ftit snin, ma ridux jitilqu biex jerfghu l-moral tan-nies u tas-suldati. Kienu jinsabu f'nofs in-nirien. Il-Misilmin staghgbu kif dawn in-nisa ma gralhom xejn. Kellhom biss it-"talisman" ta' Klara - Kristu fl-Ewkaristija, fejn kienu jghaddu siegha wara l-ohra jitolbu l-harsien ta' huthom u ghalihom infushom
Dan L-artiklu gie pprovdut mill-Klarissi f'Malta fis-7 ta' Gunju 2003 Assisi 20.6.2003 |
![]() Santa Klara ta' Assisi 750 Sena mill-Mewt 1253-2003
Dan is-750 Anniversarju nibdew niccelebrawh minn Hadd il-Palm (13 ta' April) 2003 meta ohtna Klara harbet mid-dar ta' missierha u weghdet ubbidjenza lil Frangisku quddiem Santa Marija ta' Angli u ngibuh ghat-tmiem b'celebrazzjoni kbira nhar il-Festa ta' Santa Klara hl-11 ta' Awissu 2004.
mill-ittra tal-Ministri Generali
|
|
![]() |