Santa Klara ta' Assisi - 750 sena mill-Mewt - 1253-2003
 

◄◄|werrej|►►


Kant u Innijiet lil Santa Klara

mill-ktieb tal-Kant tal-Klarissi f'Malta


1. Il-barka t'Ommna Santa Klara


R/. Il-Mulej iberikkom, kif ukoll ihariskom,

     Hu jurikom wiccu, u jkollu hniena minnkom,

     Idawwar harstu lejkom u jaghtikom is-sliem.

 

Jiena Klara qaddejja ta' Kristu, xitla ckejkna tal-Qaddis Frangisku, Ohtkom u Ommkom f'Gesu' Kristu, nitlob 'l Alla li jsahhah fikom, din il-Barka Qaddisa Tieghu. R/.

Inberikkom kemm indum hajja, kif ukoll wara l-mewt tieghi, Bil-barkiet li l-istess Missierkom, iberikkom bil-hniena tieghu, lilkom ilkoll gheziez Uliedi. R/.

Fl-ahharnett, gheziez huti nghidilkom, sabiex thobbu dejjem lil Alla. U lil ruhkom u lil hutkorn, bil-herqa kif weghdtu lil Alla, Hu jkun maghkom u jaghmel li intom, ukoll tkunu mieghu. R/.

 

Muzika ta' Sr Claire-Agnès Xerri li addattat il-kliem tal-barka ghall-Muzika. Awissu 1992.


2. Nersqu bil-qima


Nersqu bil-qima lejn l-Artal Imqaddes

B'harstna mixghula, f'qalbna l-ohla hrara,

Biex nizzukhajr, Mulej, tal-gid li tajtna

Meta ghaziltna wlied ta' Santa Klara.

 

Nersqu bil-qima! Fuq xofftejna talba

Ha jinzlu fuq id-dinja gid u sliem

Mill-griehi t'Ibnek, il-Haruf bla tebgha,

Talba li qatt ma jfisser ebda kliem.

 

Kliem ta' Patri Marjanu Vella OFM, Muzika ta' Sr Immaculata M. Belizzi OSC


3. Ilqa' Mulej


 

Ilqa', Mulej, l-offerti li gibnilek,

Tissieheb maghna Ommna, Santa Klara,

Ma' San Frangisk, mal-Qaddisin ta' l-Ordni,

Fihom l-imhabba tal-qlub taghna, ara!

 

Ilqa', Mulej, l-offerta li gibnilek

U bihom terga' ssehh l-Ewkaristija:

Tinzel il-genna fuq it-terha bajda,

L-artal jitkebbeb f'seher ta' sbuhija.

 

Kliem ta' Patri Marjanu Vella OFM, Muzika ta' Sr Immaculata M. Belizzi OSC


4. Lill-Qaddisa Klara


R/. Klara Qaddisa, Idhol ghalina, illum u f'kull zmien

 

1.  0 Klara Qaddisa,

ilqaghha t-tislima,

li rridu naghtuk.

Irridu li biha,

nghidulek minn qalbna,

Kemm ahna nhobbuk. R/.

 

2. Int warda tal-genna,

li ssahhar bi qmielek,

bhall-balzmu int tfuh. 

Bil-hlewwa ta' fwiehtek

int tferrah lid-dinja,

int tghaxxaq lir-ruh. R/.

 

3. Int kewkba tas-sema,

fid-dlam int tmexxina.

U ttina l-mistrieh.

Bid-dija li xxerred

is-sliern inti tnissel

u farag fl-erwieh. R/.

 

4. Bin-nar int theggegina

Ta' mhabbtek herqana

lejn Kristu Feddej

li ahna ghazilna,

fit-triq ta' dil-hajja,

ta' ruhna l-Mexxej. R/.

 

5. Int Safja bhal gilju

li jikber u jfewwah,

fil-hofor tal-wied.

Int tizboq il-bjuda,

tal-kwiekeb li jpetptu,

f'wesghat is-smewwiet. R/.

6. Ridt qalbek iccahhad

mill-frugha tad-dinja,

li tlellex b'kull gid.

Biex tkun dejjem tieghu

u tghix dejjem mieghu

minghajr ebda irbit. R/.

 

7 O Klara Qaddisa,

deh isma' lehina,

li hiereg mill-qalb.

Ha jasal quddiemek

tnehid ir-ruh taghna

Fil-hrara tat-talb. R/.

 

8. Berikom lil gensna

ulied din il-gzira

imliehom b'kull gid.

Il-Fidi harsilna,

Mill-hazen tal-ghadu,

qarrieqi u imqit. R/.

 

9. U hares lid-dinja

li tbeghdet minn Kristu,

u ntilfet fid-dnub.

Aghtina l-indiema,

reggaghha lejn Kristu,

ghalina mislub. R/.

 

10. Mexxina biex naslu

hemm mieghek il-genna,

fis-saltna tas-sliem

fejn mieghek mistriehu,

fil-milja ta' l-hena,

ghal dejjem bla tmiem. R/.

 

Kliem ta' Patri Guzè Delia SJ, Muzika ta' Sr Maria Immaculata Belizzi OSC


5. Imbierek int, Mulej

L-ahhar kliem ta' Santa Klara qabel mietet


Imbierek Int, imbierek Int, Mulej li hlaqtni ghalik!

Int ghaziltni, habbejtni, ghozzejtni,

Bhal omm illi thaddan ic-ckejken taghha,

Int qeghidt idek fuqi,

Glorja lilek Alla, Inti, s-Sid tal-hajja!

 

R/. Ejjew ghandi intom ilkoll illi thobbu lill-Mulej

ha nghidilkom x'ghamel mieghi.

 

1. Ta' l-ghageb ghamiltni, fl-imhabba nissiltni

    Qabel ma twelidt, jiemi kollha kienu quddiemek, R/.

 

2. F'guf ommi insigtni, dawramejt Int haddantni

    Qeghedtli idejk fuq rasi, taht gwenhajk nistkenn. R/.

 

3. Mulej, Int il-kenn tieghi, Int il-Gholi tghammar fija,

    F'idejk jien nerhi ruhi, mexxini fit-triq ta' dejjem. R/.

 

Kliem ta' Sr Maria Immaculata Belizzi OSC, Muzika ta' L. Bottazzi.


6. Sliem Ghalik, Qaddisa Klara


 

R/. Sliem ghalik, qaddisa Klara: int fil-Knisja dawl sabihh,

Bla ma tehda fis-santwarju, thobb u tishar bla mistrieh.

Ghadek ckejkna f'dar missierek, int kont thenn ghall-imsejknin Kont ticcahhad bla ma turi, biex lil dawn tarahom henjin.

 

1. Hekk kif bdejt titfarfar gmielek, inti smajt lehen Frangisku

Li minn ghani safa fqajjar, biex jitghannaq f'dirghajn Kristu.

Dik il-hegga, dik il-hrara, dik l-imhabba assoluta,

Lilek hatfet u gibditek sa ma' Kristu sfajt marbuta.  R/.

 

2. B'girja tirt lejn San Damiano, meta hrabt minn dar missierek,

Hemm offrejt lil Dak li habbek, is-sbuhija ta' zoghzitek,

Migbudin minn dik l-imhabba, dlonk xbejbiet grew ghalenija Ghal ghand Kristu, illi ghamlek, mera u fwieha ta' qdusija. R/.

 

3. Meta waslet l-ahhar siegha, l-Omm imbierka giet izzurek,

Tbaxxiet fuqek u fuq mohhok, bl-akbar hlewwa araha tbusek.

U int, hamiema, ittajjart lejn is-sema kbir, kahlani,

L-ahhar kliem kien radd ta' hajr:Nizzikhajr, Mulej, li hlaqtni! R/.

 

Kliem ta' Sr Maria Immaculata Belizzi OSC, Muzika ta' Mons Guido Calleja - 1993.


7. Klara


Ta' Kristu! gharusa, Klara thobb u titlob bla heda,

Sabiha u safja, lill-Mahbub Mislub tajt ruhek.

Thalli lid-dinja, frugha u qerq, le ma jghamuk,

Gesù  hu l-hlewwa, li minn go qalbek tfur u tfur.

 

B'rabtiet ta' mhabba, tghaqqad il-qlub tas-Sorijiet.

B'talb kollu hegga, tfarrag u tqejjaq bosta wlied.

 

R/. Omm taghna Klara, int dawl ghad-dinja,

     Mera ta' safa u ta' qdusija. (x 2)

 

Ta' Kristu gharusa, Klara thobb u titlob bla heda,

Sabiha u safja, lill-Mahbub Mislub tajt ruhek.

Thalli lid-dinja, frugha u qerq, le ma jghamuk,

Gesù hu l-hlewwa, li minn go qalbek tfur u tfur.

 

B'kuragg ferriehi, teghleb bla biza' kull tweghir.

Fqira u umli, tirbah kull hajra ghat-tkabbir. R/.

 

Kliem u Muzika ta' Sr Titiana Samkovà, Klarissa Slovakka f'Paderborn 1993,

Maqlub ghall- Malti min Sr M. Carmel Saliba OSC.

◄◄|werrej|►►


Assisi 19.6.2003


Santa Klara

ta' Assisi

750 Sena mill-Mewt 1253-2003

 

Dan is-750 Anniversarju nibdew niccelebrawh

minn

Hadd il-Palm

(13 ta' April) 2003 meta ohtna Klara harbet mid-dar

ta' missierha

u weghdet ubbidjenza

lil Frangisku quddiem

Santa Marija

ta' Angli

u ngibuh

ghat-tmiem b'celebrazzjoni kbira nhar

il-Festa ta'

Santa Klara

hl-11 ta' Awissu 2004.

 

mill-ittra

tal-Ministri

Generali