![]() |
Santa Klara ta' Assisi - 750 sena mill-Mewt - 1253-2003 | |
Il-Harba ta' Klara f'Hadd il-Palm 28 ta' Marzu 1211 kitba ta' Sr Marie Carmel Saliba OSC 750 Sena mill-Mewt ta' Santa Klara ta' Assisi Din is-sena jahbat is-750 Sena mill-Mewt ta' Santa Klara ta' Assisi u minn meta giet approvata r-Regola taghha mill-Papa Innocenz IV fid-9 ta' Awissu 1253, jigifieri jumejn qabel mietet. Is-Sorijiet Klarissi flimkien mal-Familja Frangiskana mad-dinja kollha ser ifakkru din l-okkazjoni b'celebrazzjonijiet li jibdew nhar Hadd il-Palm, 13 ta' April 2003 u jintemmu fil-festa ta' Santa Klara, fil-11 ta' Awissu tas-sena 2004.
Il-Harba ta' Klara f'Hadd il-Palm
Ta' kull sena f'Hadd il-Palm fil-ghaxija waqt il-kompieta, ahna s-Sorijiet Klarissi naghmlu cerimonja helwa biex infakkru l-pass decisiv u kuraggjuz li hadet l-Omm u l-Fundatrici taghna Santa Klara meta fit-28 ta' Marzu 1211 fil-lejl ta' Hadd il-Palm harbet mid-dar u marret fil-Kappella ta' Santa Marija ta' l-Angli (il-Porzjunkola) biex hemm, f'idejn Frangisku mdawvvar minn shabu,, tikkonsagra ruhha lil Alla.
Din is-sena, din ic-cerimonja F'Hadd il-Palm ser tkun ghalina wahda specjali peress li dak in-nhar tibda ghalina sena ta' grazzja bil-ftuh tac-celebrazzjonijiet li jfakkru s-750 sena mill-mewt ta' Santa Klara.
Minn kienet Klara
Klara twieldet fis-16 ta' Lulju 1193 go familja nobbli u kavallereska. Ommha Ortolana kienet mara nobbli, twajba u ezemplari. Missierha kien il-Kavallier Favarone di Offreduccio. Klara kienet imzejna b'doni eccezzjonali tan-natura. u tal-grazzja. Kienet tfajla sabiha b'qalb miftuha li taf thobb lil Alla, lill-bnedmin u lill-holqien kollu. Il-hlewwa taghha kienet tigbed il-qlub. Fl-istess hin kienet tfajla kuraggjuza u kreattiva, awtonoma, deciza u kapaci tiehu inizjattiva. Tassew, tfajla li kellha personalità helwa u qawwija.
Sa minn ckunitha hasset f'qalbha s-sejha tal-Mulej u daqsxejn ta' tfajla fil-palazz tal-familja taghha kienet thobb titlob u taghti l-karità lill-foqra. Il-genituri taghha riedu jzewguha lil xi wiehed nobbli. Imma Klara b'qawwa kbira kienet tichad kull proposta ghal zwieg ghax mistura f'qalbha kien hemm ix xewqa li tkun biss tal-Mulej Gesù.
Meta kellha xi sittax-il sena, semghet lil Frangisku Bernardone jippriedka fil-Katidral ta' Assisi. Dan l-iben ta' negozjant tad-drappijiet tul dawk l-ahhar erba' snin kien fuq fomm kulhadd f'Assisi. Minn guvni xalatur li kien iberbaq flus missieru ma' hbiebu, kien ikkonverta u beda jghix hajja ta' semplicità u faqar fuq il-passi ta' Kristu fqir, umli u msallab.
Dlonk inghaqdu mieghu f'dan l-istil ta' hajja, uhud minn shabu stess, fosthom Rufino, il-kugin ta' Klara. Din bdiet tohrog bil-mohbi mid-dar u akkumpanjata minn Bona, habiba tal-qalb, kienet tiltaqa' ma' Frangisku. Kliem Frangisku kien ibaqbaq bl-imhabba ghall-Mulej Gesù. L-ezempju u l-kelma tieghu ghenu lil Klara taghraf il-vokazzjoni taghha.
Mahtufa mill-imhabba ghal Gesù, meta kellha qrib 18-il sena hadet decizjoni erojka li thaddan il-hajja evangelika u Frangisku bl-approvazzjoni ta' l-Isqof Guido hejja kollox biex jikkonsagraha lil Alla. Peress li kienet certa li l-familja taghha ma kinux ser japprovaw l-ghazla taghha, hija kellha tahrab mid-dar.
Il-Harba ta' Klara
Il-jum maghzul kien it-28 ta' Marzo 1211 li kien Hadd il-Palm, it-tifkira tad-dahla trijonfali Ta' Gesù fil-belt imqaddsa ta' Gerusalemm u l-bidu tal-Gimgha tal-Passjoni.
Il-Hadd fil-ghodu, Klara, bl-isbah ilbies taghha, marret ghall-purcissjoni ta' Hadd il-Palm. Il-Katidral kien mahnuq bin-nies u meta c-celebrant, l-Isqof Guido, kien qed iqassam il-frieghi taz-zebbug, Klara, mitlufa fi hsibijietha, baqghet wieqfa f'postha u ma resqitx tiehu fergha taz-zebbug. L-Isqof Guido mar hu fuq Klara u taha l-fergha taz-zebbug.
Dak il-lejl, fid-dalma u s-skiet, Klara harbet minn darha akkumpanjata mien habiba ohra taghha, Pacifika, oht Bona (li kienet marret pellegrinagg Ruma). Biex hadd ma jinduna, hija ma hargitx mill-bieb principali tal-palazz imma mill-bieb il-falz li kien ikun dejjem maghluq tajjeb bl-istaneg u mbarrat bi blata. Ma nifhmux kif Klara irnexxielha tohrog minn dak il-bieb.
Klara halliet il-belt u sabet Patrijiet li kienu qed jistennewha bit-torci f'idejhom biex jakkumpanjawha sal-kappella ta' Santa Marija ta' l-Angli li kienet tinsab f'bosk, imdawra b'sigar gholjin fil-pjanura ta' Assisi.
Klara giet milqugha minn Frangisku u Patrijiet ohra li kienu qeghdin jitolbu fil-kappella. Gharkubbtejha quddiem l-artal tal-Madonna, halliet lil Frangisku jaqtalghha x-xaghar dehbieni taghha, nezghet darba ghal dejjem l-ilbies fin u l-gawhar li kellha fuqha biex floku tilbes tonka goffa u fqajra, u hemm f'idejn Frangisku, ghamlet il-weghdiet tal-konsagrazzjoni taghha lil Alla.
B'hekk tat bidu ghall-Ordni tas-Sorijiet Klarissi, maghruf ukoll bhala t-Tieni Ordni Frangiskan, hemm fl-istess post fejn Frangisku kien waqqaf l-Ewwel Ordni Frangiskan, dak tal-Patrijiet.
Is-Sorijiet Foqra ta' San Damjan
Hija halliet warajha l-familja taghha, lil hbiebha u l-kumdita', il-ghana u l-affarijiet li kienet tgawdi fil-palazz tal-familja taghha u cediet ghad-drittijiet u l-privileggi tal-familja nobbli taghha. Halliet warajha l-hwejjeg kollha li d-dinja tigri warajhom. Ghazlet li tghix fqira ghax habbet lil Kristu fqir u umli u lill-Omm qaddisa tieghu.
L-ezempju taghha gibed tfajliet ohra sinjuri u foqra biex jghixu maghha f'Ghamla ta' Hajja skond l-Vangelu li kien tahom Frangisku. Fil-kunventin ta' San Damjan qrib il-belt ta' Assisi gew inghaqdu maghha z-zewg hutha Anjeze u Beatrice, ommha l-armla Ortolana, Balvina u Amata li kienu t-tfal ta' kuginuha u hbieb taghha fosthom Pacifika. Fi zmien qasir saru komunita' ta' hamsin soru.
L-Istorja tar-Regola ta' Santa Klara
Klara ghexet 42 sena fil-monasteru ta' San Damjan. Hija batiet hafna biex hi u s-Sorijiet jghixu l-Ghamla ta' Hajja Frangiskana. Hajjitha kollha kienet glieda spiritwali kontinwa biex il-Knisja thares id-dritt tas-Sorijiet Foqra ta' San Damjan li jghixu bla xejn taghhom. Ma fehmuhiex u sabet hafna opposizzjoni. Kienu jghidulha "Kif tista' tghix bhall-fjuri ta' l-gheliegi u l-ghasafar ta' l-ajru, bla sigurtà, hlief il-fidi, il-fiducja f'Alla, il-qawwa tal-Vangelu Mqaddes li tiehdu ad litteram?"
Fl-1215 l-Koncilju Lateran IV hareg ordni li minn dak in-nhar 'il quddiem l-ebda moviment religjuz ma seta' jkollu Regola gdida u Klara kellha taccettaw ir-Regola ta' San Benedittu li ma biex skond il-karizma originali taghha.
Kienet eccezzjoni li r-Regola Bullata tal-Patrijiet Minuri giet approvata mill-Papa u dan gara peress li meta snin qabel fl-1209, Frangisku u l-ewwel kumpanji tieghu marru ghand il-Papa Innocenz III, dan approva oralment l-Ghamla ta' Hajja taghhom.
Klara baqghet tinsisti u fl-1216 il-Papa Innocenz III taha l-Privilegg tal-Faqar. Min jaf kemm tbissem il-Papa! Dan kien privilegg biex ma jkollhom xejn taghhom!
Fis-sena 1218-1219, il-Papa Onorju III hatar lill-Kardinal Ugolino bhala Protettur tal-Patrijiet Minuri u tas-Sorijiet Foqra ta' San Damjan. Dan sawwar Ghamla ta' Hajja gdida ghas-Sorijiet Foqra ta' San Damjan, li l-bazi taghha kienet ir-Regola ta' San Benedittu u li maghha zied affarijiet ohrajn specjalment preskrizzjonijiet dwar il-klawsura, is-silenzju, is-sawm u l-penitenza.
Din kienet Regola rigida hafna u totalment kontra l-ispirtu ta' Klara, li kienet bniedma verament umana. Per ezempju, f'dak li jirrigwardja, il-penitenza, kienet taf tati aktar importanza lill-persuna milli lill-att tal-penitenza. F'diversi okkazjonijiet, bhal omm hanina, Klara tiddispensa mis-sawm. Ir-Regola tal-Kardinal Ugolino giet approvata mill-Papa Onorju III fis-sena 1219 u kienet torbot lis-Sorijiet Foqra ta' San Damjan.
Fl-1228, wara li miet San Frangisk, il-Kardinal Ugolino li issa kien sar il-Papa Girgor IX ikkonferma l-Privilegg tal-Faaar u r-Regola tieghu li kien kiteb ghas-Sorijiet fl-1219.
Il-Papa ta' warajh, Innocent IV ikkonferma mill-gdid il-Privilegg tal-Faqar fl-1245, u fis-sena 1247 ghamel Regola ohra ghas-Sorijiet Foqra. Din ukoll kellha r-Regola ta' San Benedittu bhala bazi, pero' tat lis-Sorijiet Foqra ta' San Damjan id-dritt li jkunu u taht il-gurisdizzjoni tal-Ministru General tal-Patrijiet Minuri. S'issa huma kienu taht il-gurisdizzjoni ta' l-isqof tad-djocesi ta' Assisi. Imma r-Regola ta' Innocenz ma kinitx tinkludi l-Privilegg li ma jkollhom xejn taghhom. Ghalhekk il-Privilegg tal-Faqar ma kienx jobbliga moralment lis-Sorijiet.
Quddiem din is-sitwazzjoni, Klara, li kienet marida serjament, hasset hi kellha taghmel xi haga biex il-moviment li qajmet jissahhah. U ghax kienet mara ta' qawwa spiritwali u konvinta mill-ghazla originali ta' hajjitha, hadet decisjoni iebsa li tibda tikteb Regola hi.
Saret l-ewwel mara fl-Istorja tal-Knisja li kitbet Regola ghan-nisa. Ir-Regola taghha kitbitha bejn 1247 u 1252 meta pprezentatha lill-Kardinal Protettur Rainaldo Segni ghall-approvazzjoni. Fl-ahhar, il-Mulej sema' talbha u fis-16 ta' Settembru 1252, il-Kardinal Protettur approva ufficcjalment ir-Regola ta' Santa Klara.
Issa kien baqa' l-approvazzjoni tal-Papa. Damet tistenna sa fuq is-sodda tal-mewt. Il-Papa Innocent IV li kien qed joqghod fis-Sacro Convento fil-belt ta' Assisi, fid-9 ta' Awissu 1253 mar izur lil Klara li kienet gieghda tmut u din talbitu bil-hniena biex jikkonferma b'bulla pontificja r-Regola taghha.
Meta mar lura fis-Sacro Convento, fl-istess jum, il-Papa hareg il-Bulla Solet annuere li tinkludi r-Regola ta' Santa Klara li fiha hemm il-Ghamla ta' Hajja u l-Ahhar Xewqa ta' San Frangisk. Din ittiehdet bilgri lil Klara li ircivietha b'ferh kbir u ftit wara, fil-11 ta' Awissu 1253, il-qaddisa mietet mghannga mar-Regola li l-Papa Innocent IV approva ghalija u ghas-Sorijiet Foqra ta' San Damjan.
Il-messagg ta' Klara ghad-dinja ta' llum
Anki llum Klara ghadha dawl ghall-Knisja u ghad-dinja. Mhux la kemm f'erba' kelmiet twassal il-messagg taghha, li jolqot lid-zghar, liz-zghazagh u lill-kbar. F'kelmtejn li ktibna, diga' hargu xi punti u ma' dawn inzidu xi ftit ohra.
Klara f'hajjitha tat l-ewwel post lil Alla. Hija mxiet fuq il-passi ta' Kristu fair u umli. Hija gharfet l-insufficjenza tal-bniedem li fis-suppervja tieghu jahseb li jista' jghaddi minghajr Alla.
Hija ghexet skond il-logika tal-Vangelu u ghalhekk il-hajja semplici u mohbija taghha tixxokkja lid-dinja konsumista li temmen fl-efficjenza, dinja lsiera ta' l-attivizmu, li taghti importanza lil dak li jidher, lil dak li hu spettakulari, dinja li tigri wara s-success fix-xoghol, fin-negozju, fil-prestigju u l-fama, dinja egosita li tfittex il-pjaciri, is-sess, il-kumdità u dak li jaqbel lill-individwu.
Klara kienet bniedma altruwista li ghaddiet hajjitha fit-talb u f'penitenza ferrieha biex tkun ta' ghajnuna ghall-membri dghajfa tal-Gisem Mistiku u ghall-bnedmin kollha tad-dinja fil-bzonn tal-hniena ta' Alla.
Klara kienet bniedma ta' qalb kbira. L-imhabba taghha urietha fil-prattika kemm ma' hutha s-Sorijiet, kif ukoll ma' dawk in-nies li kienu jirrikorru ghandha. L-imhabba ta' Klara ghall-hajja u ghan-natura taghti messagg car lil dinja fejn tirrenja l-kultura tal-mewt.
Fil-mard taghha tul l-ahhar tletin sena ta' hajjitha turina l-virtù tas-sabar fil-hajja ta' kuljum. U fil-kumbatt twil taghha biex il-Knisja tapprova l-Ghamla ta' Hajja Evangelika li l-Ispirtu sejhilha ghaliha hija tghallimna il-hlewwa, l-ubbidjenza u r-rispett lejn l-awtorità ekklesjastika.
Il-kitbiet taghha juru li Klara hija wkoll mghallma ta' spiritwalità. Illum wiehed isib il-kitbiet taghha u kotba ohra dwar hajjitha u l-ispiritwalità taghha anke bil-Malti. Jalla tul din is-sena ta' celebrazzjonijiet, hafna jsiru jafu aktar lil Klara li bhal kewkba tiddi ddawwalna fit-triq taghna lejn Dar Missierna.
Dan l-artiklu intbaghat minn Sr Marie Carmel Saliba OSC, L-istess artiklu deher fil-harga ta' Il-Lehen is-Sewwa, tas-Sibt, 19 ta' April 2003. Assisi 2.5.2003 |
![]() Santa Klara ta' Assisi 750 Sena mill-Mewt 1253-2003
Dan is-750 Anniversarju nibdew niccelebrawh minn Hadd il-Palm (13 ta' April) 2003 meta ohtna Klara harbet mid-dar ta' missierha u weghdet ubbidjenza lil Frangisku quddiem Santa Marija ta' Angli u ngibuh ghat-tmiem b'celebrazzjoni kbira nhar il-Festa ta' Santa Klara fil-11 ta' Awissu 2004.
mill-ittra tal-Ministri Generali
|
|
![]() |