Santa Klara ta' Assisi - 750 sena mill-Mewt - 1253-2003
 

◄◄|werrej|►►


Ittra tal-Ministri Generali

fl-okkazjoni tal-ftuh

tas-750 sena mill-Mewt ta' Santa Klara


Il-Konferenza tal-Ministri Generali
ta' l-Ordni Frangiskan u t-TOR



"Isimghu, foqra ckejknin

  imsejhin mill-Mulej..."

Lis-Sinjuri, wlied u ahwa foqra ta' Ommna Santa Klara, l-ewwel u l-Badessa principali ta' l-Ordni taghkom;

lill-Patrijiet Minuri ta' kull fergha u osservenza mifruxa mad-dinja;

lill-ahwa kollha, rgiel u nisa tat-Tielet Ordni Regolari u tal-Ordni Frangiskan Sekular;

minghand hutkom, il-Ministri Generali ta' l-Ordni Frangiskan:

Jalla tircievu kull gid u don perfett minghand il-Missier tal-hniena, flimkien mal-ferh fl-Ispirtu s-Santu u l-paci minghand il-Mulej taghna Gesù Kristu, fqir, imsallab u mqajjem glorjuz!

    
Isimghu, foqra ckejkin, imsejha mill-Mulej,
     li gejtu flimkien minn hafna partijiet u provincji.

 

Din is-sena ta' salvazzjoni 2003, hija sena ta' tifsir u grazzja specjali ghalina ilkoll. Fiha ahna mistiedna biex naqsmu iz-zifna ta' ferh, li biha seba' mija u hamsin sena ilu, l-Angli tas-sema marru jiltaqghu ma' Klara wara mewtha.  Fl-istess waqt, niftakru fil-jum li fih is-Sinjur Papa Innocenz IV approva l-"Ghamla ta' Hajja" miktuba mis-Sinjura Klara ghall-Ordni ta' l-Ahwa Fqar imwaqqaf mill-imbierek Frangisku.  F'din l-Ghamla ta' Hajja, Klara npennjat lilha nnifisha u lilkom sinjuri Foqra u hutna gheziez, biex tghixu l-Vangelu mqaddes tal-Mulej taghna Gesù Kristu, billi tghixu fl-ubbidjenza, bla xejn taghkom u fis-safa.  Ahna nafu kif Klara wettqat b'mod glorjuz din il-weghda f'hajjitha, u nafu kemm tqanqtel profondament meta wara snin ta' qtugh il-qalb, giet approvata din ir-regola, mill-vigarju ta' Kristu nnifsu.  Jumejn wara, hi, l-mera tal-kewkba ta' filghodu ghabet minn quddiem ghajnejn hutha, imhejjija b'mod tal-ghageb mill-Vergni tal-vergni, u ttiehdet lejn il-kantina ta' l-inbid tar-Re tal-Glorja.

 

Ghalkemm ghaddew 750 sena, dawn iz-zewg grajjiet ghadhom jhassu fostna sallum.  Mimlija b'sens ta' hajr lil Alla, ejjew nitkellmu man-nies taz-zmien imqalleb ta' zmienna dwar it-tjubija gentili tas-Sinjua Klara.  Ejjew ahwa, rgiel u nisa, nahdmu flimkien biex naghtu unur u nwettqu il-karizma taghha fil-Knisja bhala don ghall-poplu ra' Alla kollu.  Fl-ahharnett, ejjew naghmlu kuragg lil xulxin f'dan il-pellegrinagg ta' faqar, sabiex ahna wkoll inkunu mirja ta' l-Ghimmanu-el - Alla maghna, kif Klara kienet ghan-nies ta' zmienha

 

Ftit riflessjonijiet...

 

Il-Mewt ta' xi qaddis spiss juri l-karatteristici ewlenin ta' l-ispiritwalità u tal-hajja tieghu jew taghha, hekk ukoll kien fil-hajja ta' Klara.  Minsuga mar-rakkonti tal-mewt taghha, ahna naraw t-temi l-kbar ta' hajjitha u tal-hsieb taghha, l-impenn lejn hutha nisa u igiel u d-dedikazzjoni totali taghha biex timxi fuq il-passi ta' Kristu fqir.

 

Ma genb is-sodda tal-mewt taghha kellha lil hutha s-sorijiet u

l-patrijiet, hbieberiji li jmorru lura lejn il-jiem tar-rebbiegha bikrija meta il-progett kien ghadu gdid u meta kemm hi u kemm Frangisku, kienu ghadhom it-tnejn izghar u mimlija hajja.  Fra Rejnaldo, il-bniedem twajjeb kien hemm.  Fra Gnepru "il-buffun twejjeb tal-Mulej" kien hemm jimla lil Klara bil-ferh hiereg mill-forn ta' qalbu mhegga.  Kien hemm ukoll Fra Angelo jaghmel il-qalb lill-ohrajn kif kien jaghmel ta' spiss.  U kien hemm Fra Leone imnikket maghhom jara lil Klara li ser thallihom.  X'xhieda ta' hbieberija twila u fidila ta' aktar minn 40 sena!  Min jaf kemm taw support lil xulxin waqt tant diffikultajiet?!  Il-prezenza tal-patrijiet hdejn is-sodda tal-mewt taghha ifakkarna dak li Klara qasmet ma' Frangisku.  Jifakkarna wkoll li ahna writna dak il-qsim ta' hbieberija, dik l-istess karizma u s-sejha komplimentari.  Hawn fi tmien ta' hajjitha, naraw lis-Sinjua Klara, fidila lejn ir-rabta bejn is-sorijiet foqra u l-patrijiet minuri.  X'ferh kien ghaliha li tkun imsiehba minnhom sal-bieb tal-Genna nnifsu!

 

Waqt li qed tmut Klara hadet f'idejnha zewg dokumenti: wiehed kien "il-Privilegg tal-Faqar" imwettaq ghalija minn Girgor IX.  Swor Filippa tghidilna li fi tmiem hajjitha, wara li sejhet lis-sorijiet kollha Klara tathom il-Privilegg tal-Faqar f'idejhom u halliethom - tghid il-Leggenda - bil-faqar tal-Mulej.  It-tieni dokument li hadet f'idejha kien dak li tant xtaqet li jkollha "l-Ghamla ta' Hajja" ta' l-Ordni imwettaq bil-bulla tal-Papa. Fuq is-sodda tal-mewt hija sabet il-forza biex izomm il-bulla tal-Papa f'idejha u tbusha.

 

Dawn il-grajjiet jaghtuna hafna x'nixtarru dwar l-interazzjoni tal-karizma u dwar l-istituzzjoni tal-hajja taghna, ghax dawn iz-zewg dokumenti nisgu l-ilbies, b'ilsien legali tal-knisja, tad-devozzjoni ntensa lejn Alla ta' Frangisku u Klara.

 

Il-Mulej fqir u imgieghed f'maxtura

li ghex fqir fuq l-art

u baqa' sal­ahhar gheri fuq is-salib,

 

Hawn nistghu nilmhu l-misticizmu vulnerabbli li Klara tghallmet minghand l-Iben ta' Alla nnifsu, li neza' minn kollox u sar jixbah lil bniedem... u ftaqar tant li ha l-mewt u l-mewt tas-salib.

 

Fid-dinja materjalistika li fiha qed nghixu, dan il-faqar tal-qalb jiddi bhal fanal ta' kontradizzjoni.  Fi zmien ta' argumenti u meta kulhadd jipprova juri lilu nnifsu, din ir-realtà tant vulnerabbli tidher bhala l-bluha tas-Salib.  Dan il-faqar u din il-vulnerabilità Kristu ghamilhom tieghu u mqanqla mill-imhabba Klara ghamilthom taghha wkoll.  Mistura b'tant faqar, Klara tiddi quddiemna bi sbuhija mhux tas-soltu u li tghammex.

 

Fl-ikona sabiha tas-Sinjura Klara, mpittra fl-1283 fuq talba tas-sorjiet, nilmhu ritratt ta' Klara, l-mahbuba kbira ta' Alla.  F'din ix-xbieha Klara tidher quddiemna mliebsa b'ilbies fqir ghall-imhabba tal-Bambin qaddis u mahbub u ta' l-Omm qaddisa tieghu.  Wicc Klara huwa ta' wahda li rat is-Sultan tal-Glorja.  Kif Frangisku kien alter Christus, Kristu iehor, hekk ukoll Klara kienet it-twettiq tal-weghda ta' Frangisku, li kull min jaghmel dawn il-hwejjeg u jzommhom sa l-ahhar, "l-Ispirtu tal-Mulej jistrieh fuqhom u jghammar fosthom u huma wlied il-Missier tas-Sema li jaghmlu l-ghemejjel tieghu, u huma gharajjes, ahwa subien u bniet, u ommijiet tal-Mulej taghna Gesù Kristu".

 

Fl-ikona, l-figura ta' Klara hija mdawra bi tmien xeni mill-hajja taghha: erbgha minnhom juru s-sejha religjuza u erbgha juru l-ghamla ta' hajja Frangiskana taghha.  Wahda mix-xeni tghidilna dwar Anjeze, l-mahbuba ohtha u xena ohra turi l-miraklu tan-nofs hobza, (in-nofs l-iehor kien moghti lill-ahwa l-patrijiet), li Swor Cecilja qasmet u regghet qasmet sakemm s-sorijiet ilkoll kielu sa xebghu. Din kienet tassew ikla Ewkaristika li fiha l-foqra ta' Jawhè kienu mitmugha u nutriti mill-mejda tal-Mulej.  Fl-ahhar zewg xeni ta' l-ikona naraw il-mewt u l-funeral ta' Ommna Klara.  Naraw il-migja tas-Sinjura taghna bi shabha maghha biex bi drapp sabih biex tghatti lil bintha, kif jixraq lill-gharusa tal-Haruf, sejra thaffef ghall-festa tat-tieg.  Fl-ahharnett, naraw ix-xena tal-quddiesa tal-funeral, iccelebrata minn Papa Innocenz IV, li ried, kif tafu, jipproklamaha qaddisa dak il-hin stess, li ma kienx ghall-kardinal Rejnaldo li waqfu, ghalhekk b'xorti tajba ghandna t-test prezzjuz tal-process tal-kanonizzazzjoni moghti bi stejjer u tnebbih ta' dawk li ghexu maghha.  F'din l-ikona naraw il-Poverella, il-wicc feminili tal-frangiskanizmu mimli b'rispett, gherf u tenerezza.  F'din l-ikona, naraw ritratt medjevali tad-doni ta' Alla, li issa huma f'idejna, mqar jekk ghandna mnejn inhossu li mhux tajbin bizzejjed ghalina biex inhaddmuhom, nizviluppawhom u nghadduhom lil generazzjoni tas-sorijiet foqra tal-gejjieni.

 

Appell lil hutna s-sorijiet foqra

 

Kif nistghu niccelebraw kif jixraq dawn il-grajjiet, li huma forsi bla tifsir fuq il-palk tad-dinja u kwazi mhux maghrufin bizzejjed mill-media, imma maghrufin, rilevanti u mportanti fis-Saltna ta' Alla?

 

Bix-xewqa li noffru xi haga ghax-xhur li gejjin, nixtiequ nissuggerixxu li dan is-750 anniversarju nibdew niccelebrawh minn Hadd il-Palm 2003 meta ohtna Klara harbet mid-dar ta' missierha u weghdet ubbidjenza lil Frangisku quddiem Santa Marija ta' Angli u ngibuh ghat-tmiem b'celebrazzjoni kbira nhar il-Festa ta' Santa Klara fil-11 ta' Awissu 2004.  Bhala hutkom ahna noffru li nghinnukom b'kull mod li nisghtu.  Wahda mill-grazzji l-kbar li ahna l-patrijiet qlajna f'dawn l-ahhar snin, hija l-gharfien u l-apprezzament li dejjem jikber ta' ohtna Klata, u hija tassew ix-xewqa sinciera taghna li din il-grazzja nghixuha u tkompli tistghana fostna.

 

Zewg suggerimenti...

 

Fl-ahharnett  nistghu naghmlu zewg suggerimernti?  Il-Fjuretti jghidulna li Santa Klara kellha xewqa kbira li taghmel ikla ma l-imbierek Frangisku, u li hu, ghalkemm ghal bidu xi ftit kontra qalbu, accetta tant kemm hegguh hutu l-patrijiet.  Nistghu ahna, l-patrijiet u s-sorijiet ta' llum, kulhadd fil-post fejn qieghed, naraw hux possibbli li nghixu mill-gdid din l-ikla ta' l-ghageb?  Hekk kif dawk il-patrijiet tal-bidu heggu lil frangisku, hekk ukoll ahna inheggukom tikkunsidraw din l-idea.  Ejjew naraw kif naghmlu ikla ta' celebrazzjoni, li tkun ikla ghar-ruh u ghal gisem, festa tassew ta' Alla.  Ha nkunu migbuda flimkien mill-ispirtu ta' Alla u ha jkun l-istess Spirtu li jheggeg wkoll il-fjamma tal-Glorja fid-djar taghna, sabiex in-nies kollha jkunu jistghu jistghagbu bin-nar ta' Alla fosthom.

 

It-tieni suggeriment taghna, hu li kull wiehed u wahda minna, kull fejn ninsabu mifruxin fid-dinja, nfittxu li nigbdu il-Familja Frangiskana kollha biex naghtu qima lil Klara.  Il-kliem imfewwah tar-Regola u ta' l-Ittri taghha igibu  gherf ghalina ilkoll, imma ukoll jekk ninhtiegu lkoll id-dimensjoni taghha fil-karizma taghna, madakollu mhix maghrufha u mahbuba kif ghandha tkun.  Ejjew niehdu l-okkazjoni ta' din is-sena centinarja biex inkunu zguri li....

 

Konkluzjoni u Barka

 

X'hemm x'nghidu aktar?  Ahna konxji tassew mill-weghda ta' missierna Frangisku, li hu jkollu ghalikom l-istess kura ghaziza u heffa specjali li kellu ghal hutu l-patrijiet.  Ahna nhossu dan bhala npenn sagru moghti lilna minn.  B'din il-fidi u b'tama qawwija fit-tjieba bla tarf ta' Alla noffrulkom il-Barka bl-istess kliem ta' Klara nnifisha:

 

II-Mulej iberikkom u jhariskom.

Jurikom wiccu, u jkollu hniena minnkom.

Idawwar harstu lejkom, u jaghtikom is-sliem.

 

Fra Joachim Giermek - Ministru General OFMConv.

Fra Giacomo Bini - Ministru General OFM

Fra John Corriveau - Ministru General OFMCap.

Fra Ilija Živković - Ministru General TOR

 

Ruma, 4 ta' Ottubru 2002

◄◄|werrej|►►


traduzzjoni ghal malti minn Fr Thomas Calleja ofmconv

Assisi 31.3.2003 


Santa Klara

ta' Assisi

750 Sena mill-Mewt 1253-2003

 

Dan is-750 Anniversarju nibdew niccelebrawh

minn

Hadd il-Palm

(13 ta' April) 2003 meta ohtna Klara harbet mid-dar

ta' missierha

u weghdet ubbidjenza

lil Frangisku quddiem

Santa Marija

ta' Angli

u ngibuh

ghat-tmiem b'celebrazzjoni kbira nhar

il-Festa ta'

Santa Klara

fil-11 ta' Awissu 2004.

 

mill-ittra tal-

Ministri Generali