![]() |
San Guzepp ta' Copertino - 400 sena mit-Twelid - 1603-2003 | |
San Guzepp ta' Kopertinu Fir-raba' centinarju mit-twelid sunett ta' Patri Dom. Bonello OFMConv
Huna l-ghaziz, Qaddis ta' Kopertinu, erba' mitt sena ghaddew mit-twelid tieghek. Int tqaddist billi kollox ghamilt f'hinu, ghax Alla b'qawwietu kien jahdem mieghek.
Kmieni gibdek Frangisku ghal wara dinu, u int dikment warrabt dak li kien tieghek. Doni kbar qatt ma hallejthom ininu, f'ghajnejn kulhadd zgur dawk li kienu sbiehek.
Xeghlet il-hegga f'qalbek ghal Marija, sa wasalt biex lejha kellek titjiriet; ghalik kienet dejjem l-aqwa fohrija.
Ta' l-istudenti int taf il-htigijiet. Kun maghhom ghax l-iskola dejjem hija ta' mpenn sew kbir u l-aktar fl-ezamijiet!
Patri Dom Bonello OFMConv. Ghawdex: 24 ta' Awissu 2003
Valletta: 22.1.2004 |
![]() San Guzepp ta' Copertino 400 Sena mit-Twelid 1603-2003
Kelma tal-Papa "Din is-Sena Centinarja taghti opportunità providenzjali lill-komunità nisranija kollha kemm hi, biex trodd hajr lill-Mulej ghall-frott abundanti ta’ qdusija u gherf uman moghti lil dan il-Qaddis umli u docli ta’ Kristu." |
|
![]() |