![]() |
San Guzepp ta' Copertino - 400 sena mit-Twelid - 1603-2003 | |
Talb lil San Guzepp ta' Copertino fiz-zmien ta' l-ezamijiet u f'mumenti ohra Thejjija ghall-ezamijiet bit-talbflimkien ma' San Guzepp ta' CopertinoTalb ghall-ahhar tliett ijiem qabel l-ezami L-Ewwel Jum ■ Hsieb tal-bidu Bl-gheruq ta' hajjitna imnizzlin fis-sod u fundati fl-imhabba ta' Alla flimkien mal-qaddisin u b-mod specjali ma' huna San Guzepp ta' Copertino, jistghu nifhmu t-tul, il-wisa', l-gholi u l-fond ta' l-imhabba ta' Kristu u nimtlew bil-ghana u l-gherf kollu ta' Alla.
■ Minn Salm 145 Kbir il-Mulej ta' min ifahhru hafna, bla qies il-kobor tieghu. Nisel lin-nisel isebbah ghemilek u s-setgha tieghek ixandru. It-tjieba tieghek bla qies ifakkru jghajtu bil-ferh minhabba l-gustizzja tieghek.
■ Mill-kitbiet ta' San Guzepp ta' Copertino L-ebda persuna spiritwali jew religjuza ma tista' tkun perfetta minghajr l-Imhabba ta' Alla. Min ghandu l-imhabba bla ma jkun jaf huwa sinjur kbir. Min m'ghandux l-Imhabba ghandu nuqqas ta' ferh kbir f'hajtu.
■ Talba Mahbub San Guzepp ta' Copertino, habib ta' l-istudenti u ta' dawk li jaghmlu l-ezamijiet, ninhtieg l-ghajnuna tieghek, l-aktar issa li qed joqorbu l-ezamijiet. Int taf bizzejjed x'jigifieri, ghax int stess ghaddejt minn dawn il-mumenti ta' qtigh il-qalb qabel l-ezamijiet. Nitolbok, kun generuz mieghi u idhol ghalija biex naqla' l-istess grazzja li qlajt int minghand il-Mulej fiz-zmien l-ezamijiet. Ghinni biex nikseb aktar qawwa, ahtar dehen, aktar gherf, aktar fidi u aktar impenn biex nikseb is-sodisfazzjon ta' rizultat tajjeb. Amen.
■ Missierna, Sliema u Glorja.
It-Tieni Jum ■ Hsieb tal-bidu Bl'gharfien li ahna foqra fil-hajja ta' talb taghna u bix-xewqa lil nintelqu fi hdan Gesù biex ikun hu li jdawwal il-mohh taghna u jmexxina, ejjew indur lejn San Guzepp ta' Copertino halli jkun hu li jressaqna lejh u nitlobuh li nkunu fidili fil-kliem, fil-hajja u fl-impenn ta' l-istudju taghna f'dawn il-jiem.
■ Minn Salm 67 Ihenn ghalina Alla, u jberikna; idawwar ghal fuqna d-dija ta' wiccu! Biex jingharfu fuq l-art triqatek fost il-gnus kollha s-salvazzjoni tieghek. Ifahhruk il-popli, o Alla, ifahhruk il-popli kollha.
■ Mill-kitbiet ta' San Guzepp ta' Copertino Meta wiehed mill-qaddejja tal-Mulej jkun fil-grazzja ta' Alla, jgawdi l-ferh tar-ruh u kull ikel li jiekol jigih tajjeb... Meta wiehed idawwar t-tama tieghu f'Alla u jservih b'fehma tajba, wkoll jekk inkun abbandunat minn xi habib tal-qalb, Alla ma jabbandunah qatt, anzi jaghtih il-grazzja biex isib hbieb li jkunu jistghu jghinuh.
■ Talba Mahbiub Patrun taghna San Guzepp, l-istudju hafna drabi jsir difficli u jgib mieghu ghejja, dwejjaq u qtigh il-qalb specjalment f'dawn l-ahhar jiem qabel l-ezamijiet. Ghinni nitlobok l-aktar fil-mumenti meta nhoss mohhi mferrex u qalbi ttaqtaq, halli ma nitlifx il-koncentrazzjoni mehtiega. Idhol ghalija int quddiem il-Mulej halli nkun nista' nkompli nithejja kif imiss u fl-istess waqt inkompli mixi fit-triq tal-Mulej u nikber fil-gherf, fl-imhabba u fil-qadi ta' Alla ghax fuq kollox dan hu l-vera gherf. Amen.
■ Missierna, Sliema u Glorja.
It-Tielet Jum ■ Hsieb tal-bidu Induru lejn San Guzepp ta' Copertino halli jkun hu li jressaqna lejn il-Mulej f'dan l-ahhar jum qabel l-ezamijiet. Nitlobuh biex jaghtina l-Ispirtu s-Santu, l-Paraklitu u d-Difensur taghna, l-Ispirtu tal-Verità biex tassew jghallimna u jfakkarna dak kollu li qalilna Gesù fil-Vangelu kif ukoll dak kollu li studjana f'dawn l-ahhar jiem qabel l-ezamijiet.
■ Minn Salm 50 O Alla int thobb il-qalb sinciera ghalliemni l-gherf fil-fond ta' qalbi. Ohloq fija qalb safja, O Alla, u Spirtu qawwi gedded fija, Roddli l-hena tas-salvazzjoni tieghek u bi Spirtu qalbieni wettaqni.
■ Mill-kitbiet ta' San Guzepp ta' Copertino Meta tkunu tixtiequ xi haga afdaw f'Alla u morru ghand l-Omm tieghi, li hija l-Madonna, taqtghux qalbkom ghax l-Omm tieghi tghinkom fil-perikli kollha. Il-Madonna trid il-qalb taghkom, hija tarana, tismaghna u twiegeb ghall-imhabba taghna mill-boghod u ma tieqaf qatt li ttina l-grazzji li ninhtiegu.
■ Talba Mahbub Qaddis, San Guzepp, imxi mieghi f'dawn l-ahhar jiem ta' thejjija. Dur flimkien mieghi lejn Marija l-Omm tieghek u itlobha int ghalija biex tkun hi li tbierek dawn l-ahhar sforzi tieghi u l-istudju kollu li ghamilt s'issa. Ghinni halli nkun nista' nigbor bil-ferh il-frott tas-sighat twal ta' studju li ghamilt. Nixtieq hafna li nikseb rizultati tajbin biex bl-istess rizultati ikun nista' nuri l-apprezzament u r-ringrazzjament tieghi lil ghalliema li ghallmuni, lil dawk li hallsuli u pprovdewli dak li hu mehtieg ghall-istudju, u lil dawk kollha li b'xi mod jew iehor ghinnuni f'dawn il-jiem ta' studju. U fuq kollox biex naghti glorja lil Alla ta' kull ma ghamel mieghi. Amen.
■ Missierna, Sliema u Glorja.
Talba lil San Guzepp ta' Copertinobiex wiehed jaqla' l-grazzja li jghaddi minn xi ezami Alla tieghi, irroddhok hajr ta’ dak kollu li tajtni. Aghmel li kulma tajtni ninqeda bih ghall-glorja tieghek, ghall-qdusija tieghi, u ghall-gid ta’ l-ohrajn.
Aghtini l-ferh go qalbi, bierek lill-familja tieghi, harisni fl-istudji tieghi, dawwalli mohhi biex nifhem, ghin ukoll lil shabi.
Bil-merti u l-intercessjoni ta’ San Guzepp ta’ Copertino, li bata biex jistudja u ghadda mit-tigrib qalil ta’ l-ezamijiet, li izda fl-ahhar hareg rebbieh bil-ghajnuna tal-Madonna, mexxili mohhi, aghtini rieda soda, ghinni nkun generuz fl-impenn tieghi, biex naghmel dmiri u nasal fejn nixtieq.
Talba lil San Guzepp ta' Copertino biex wiehed jaqla' l-grazzja li jghaddi minn xi ezami O glorjuz San Guzepp, inti li tghin lil dawk li huma mhabbta bl-ezamijiet, arani quddiemek f'dan il-mument ta' qtigh il-qalb; nitolbok li tghinni, tismaghni u twegibni.
Int li darba kont imgieghel bl-ubbidjenza li ssir sacerdot, kont meghjun b'mod tal-ghageb fl-ezamijiet tieghek mill-Vergni Mqaddsa Marija, kun issa ta' ghajnuna ghalija fl-ezami li wasalt biex naghmel; dawwal il-mohh dghajjef tieghi, thallix li l-biza' jnessini dak li jiena studjajt, u aghmel li nkun mistoqsi dawk il-hwejjeg li niftakar l-izjed.
Tichadilx din l-ghajnuna li qieghed nitolbok f'gieh dik l-imhabba ta' Alla li kienet tkebbislek qalbek, f'gieh il-hlewwa li biha int kont issejjah lil Marija Santissima bit-titlu ta' Omm Mahbuba u f'gieh il-qima li kellek lejn San Frangisk Missier u Mghallem tieghek.
Jien fik nittama u minn ghandek nistenna kull ghajnuna bit-tama li tismaghni. Amen.
Missierna, Sliema u Glorja.
Talba lil San Guzepp ta' Copertino O glorjuz San Guzepp ta' Copertino, li ghall-virtù u bl-ghegubijiet kbar tieghek tigbed il-qlub ta' kulhadd, nitolbok hares lejna. heggeg lil qlubna b'dik l-imhabba divina li tant kebbsitlek qalbek, biex haga ohra ma nixtiequx hlief li naghgbu lil Alla u lilu nhabbu u nservu sal-mewt.
U kif inti malli kont tisma' l-isem helu ta' Gesù u ta' Marija kont tittajjar f'estasi tal-ghageb, hekk ahna wkoll nixtiequ nbieghdu ?l qlubna mill-art, naharbu mill-qerq tad-dinja, noboghdu dnubietna u nitolbu mahfra 'l Alla.
Sahha int il-fidi taghna, kattrilna t-tama u l-imhabba, biex dejjem inzommu jslatan fi qlubna lil Gesù, u hekk wara li nkunu ghexna hajja qaddisa, nigu ngawdu mieghek il-glorja ta' dejjem. Amen.
Missierna, Sliema u Glorja. Talb F'gieh San Guzepp ta' Copertino Jinghad l-aktar nhar ta' Erbgha ■ Antifona: Jien fittixt il-hwejjeg tas-sema u mhux dawk ta' l-art, Jien mitt, imma hajti hi mohbija flimkien ma' Kristu f'Alla.
■ Nitolbu: O Alla, fil-gherf tieghek tal-ghageb, int ridt li l-Iben il-wahdieni tieghek merfugh mill-art jigbed kollox lejh: fil-hniena tieghek aghmel li bil-merti u fuq l-ezempju ta' San Guzepp ta' Copertino ninfatmu mix-xewqat kollha tad-dinja u hekk inkunu nixbhu tassew lil Ibnek, li hu Alla u mieghek ighix u jsaltan flimkien ma' l-Ispirtru s-Santu ghal dejjem ta' dejjem. Amen.
migbur minn Fr Thomas Calleja ofmconv Assisi 25.3.2003 |
![]() San Guzepp ta' Copertino 400 Sena mit-Twelid 1603-2003
Kelma tal-Papa "Din is-Sena Centinarja taghti opportunità providenzjali lill-komunità nisranija kollha kemm hi, biex trodd hajr lill-Mulej ghall-frott abundanti ta’ qdusija u gherf uman moghti lil dan il-Qaddis umli u docli ta’ Kristu."
Dwar il-Qaddis ara wkoll ■ Guzepp |
|
![]() |