Poezija Frangiskana

 

◄◄|werrej|►►


Lil Siehbi Francesco


 ta’ Adrian Borg


Lil Siehbi Francesco

 

Hafi int imxejt

it-triq tat-tbatija

irfist fuq il-ghollieq

ix-xewk u l-borra.

   Xkora kienet ilbiesek

la deheb jew fidda

ma ghannqu l-gismek.

L-imhabba l-ghodda tieghek.

   Imhabba biss!

   Imhabba safja!

Safja daqs il-bidu tal-jum

Safja daqs il-qamh mithun.

   Il-ferh fil-hidma

   hekk ghallimtna

u xtaqt li kont nafek

   li stajt immiss dawk l-idejn

   haddiema, ferhana, qalbiena.

Ghax fqir u ghani kont int,

Int li ma bzajtx mid-dinja

li ma ggelidx mad-dellijiet

   izda ghafast ma' qalbek

   il-ferh ta' l-art

habbejt il-qalb tad-dinja

mhux il-qoxra li tinbidel.

U ghadek tghix fis-sigra ghaqlija

fl-ghelieqi ghammiela

fl-ghasfur jittajjar

fl-imhabba l-helsien.

 

Adrian Borg

11.2.83

 


Din il-Poezija waslet ghandna minghand persuna li thobb lil San Frangisk.

Valletta: 4.11.2005


 

poezija

ta'

Adrian

Borg