Poezija Frangiskana

 

◄◄|werrej|►►


Il-Qaddisin ta' l-Ordni


mill-Liturgija tas-Sighat


Il-Qaddisin ta' l-Ordni

(Innu)

 

Kristu Sidna, Feddej taghna,

zommna dejjem mat-tajbin

u ghat-talb tal-Vergni Mqaddsa

insa l'ahna midinbin.

 

Ghadd bla tarf t'erwieh imbierka,

minn go l-gholi tas-Smewwiet,

beghdu lilna minn kull hsara

t'issa, t'ghada u li ghaddiet.

 

Martri t'Alla, wisq qalbiena,

Konfessuri liebsa s-sebh,

bit-talb taghkom wasslu lilna

naqsmu maghkom l-ohla ferh.

 

Ta' Frangisku u ta' Klara

ulied xierqa u mheggin,

ahna hutkom, nigu maghkom

ma' Gesł u l-qaddisin.

 

Warrbu l-ghajb tal-glied u l-firda

minn kull fejn hemm it-twemmin,

biex is-sliem ghaziz ta' Kristu

izomm qlubna mixghulin.

 

Qaddisin, ixxierku maghna

halli nhaffu naghtu gieh

'l Alla wiehed, Tliet Persuna,

u l-mistrieh inisbu fih.

 

Innu mill-Ufficcju tal-Qari

Festa tal-Qaddisin kollha ta' l-Ordni Serafiku

29 ta' Novembru

Awtur mhux maghruf

 


Din il-poezija hija innu Frangiskan  mehud mill-Liturgija tas-Sighat - Proprju Frangiskan,  Malta 1980, p 305-306. Innota li t-titlu mhux moghti mill-awtur imma  mill-kompilatur ta' dawn il-pagni ta' Poezijiet Frangiskani.

Valletta: 29.11.2003


 

Poezija

mill-

Liturgija

tas-Sighat,

Proprju

Frangiskan.

 

Awtur mhux maghruf