|
Poezija Frangiskana |
|
|
Frangisk, berikni qabel nitlaq ta' Fr Thomas Calleja OFMConv. Frangisk, berikni qabel nitlaq
O Frangisk, m'ghandix kliem biex infisser x'hassejt jien xhin gejt hawn f'dan il-post f’din il-Belt ghad-dell kenni ta' qabrek: sliem u ferh, ma nghidlekx kemm hadt gost!
Gerbbu l-jiem, il-gimghat, u xhur bosta nigi kont hdejk fil-gabra tat-talb kull filghodu u kull filghaxija biex bil-benna tas-sliem tghix il-qalb.
Izda wasal iz-zmien biex jien nitlaq, naqbad triqti u bhal pellegrin, hemm immur fejn is-Sid fis jixtieqni naqdi 'l huti tul dawn l-erba' snin.
Tassew iebsa ninfired minn mieghek. Qabrek nitlaq ’mma b'ghafsa ta' qalb. Sa ngorr mieghi l-ispirtu t’Assisi halli nibqa' qrib tieghek fit-talb.
O Frangisk, missier twajjeb, berikni qabel nitlaq ’il boghod minn dil-belt: ghinni b'Regola nghix il-Vangelu, hajti nqatta’ fis-sliem minghajr ghelt.
Fr Thomas Calleja Fuq il-Qabar ta' San Frangisk Assisi - 16 ta' Ottubru 2003
Din il-Poezija giet miktuba ftit jiem qabel Fr Thomas halla Assisi biex jirritorna halli jissokta il-hidma tieghu f'Malta. Assisi 18.10.2003 |
Poezija ta' Fr Thomas Calleja OFMConv
|
|