Poezija Frangiskana

 

◄◄|werrej|►►


Ninsgu Safja


ta' Patri Albert Sammut OFMConv.


Ninsgu Safja

(Innu)

 

Ninsgu safja dik l-ghanja ta' mhabba,

u nghannuha ma' l-Angli tas-sema;

fiha nghidu dak l-ghageb li l-grajja

ma tfakkarx iehor bhalu li nstema'.

 

Serafin wild Assisi, belt sbejha,

fuq l-Alvernja sirt xebh ta' Min fdiek;

u mis-sema bis-setgha li ghandek,

grazzji ixhet, kif dejjem tlabniek.

 

F'Nofs id-dija li tisboq lill-kwiekeb,

Xhin kont tghammar bil-hsieb fis-smewwiet,

Serafin rajt b'sitt gwienah iheggu,

fuq dik l-gholja, fejn doqt biss hlewwiet.

 

Serafin wild Assisi, belt sbejha ...

 

L-gheliem kellu tal-fidwa tal-bniedem;

minxur kien ma' l-ghudiet tas-salib;

kellu l-griehi li nifdu l-imsiemer;

kellu f sidru tal-lama t-tidrib.

 

Serafin wild Assisi, belt sbejha ...

 

O Missierna, iss'inti bhal Kristu,

Kristu iehor, nghidlek flimkien,

Mitlufin fl-oghla hegga ta' mhabba,

Int hejjilna dejjiemi l-ghajxien.

 

Serafin wild Assisi, belt sbejha ...

 

Kliem: Patri Albert Sammut OFMConv

Rabat - Malta 26 ta' Awissu 1952

 


Din il-poezija hija innu Frangiskan  li jitkanta fil-Festi ta' San Frangisk.

Assisi 10.8.2003


 

Poezija

ta'

Patri

Albert

Sammut

OFMConv.

 

Innu

ghall-Festi ta'

San Frangisk