Poezija Frangiskana

 

◄◄|werrej|►►


 Nghidlek Ghaliex...


ta' Patri Dumink Bonello OFMConv


Nghidlek Ghaliex...

 

GHALIEX wara daz-zmien kollu

hafna nies wisq ihobbuk,

jigu hdejk, FRANGISK f'ASSISI,

qima wkoll huma jaghtuk?

 

     GHALIEX hdejk, gewwa. l-belt tieghek,

     kemm-il darba ngabru nies

     ta' twemmin wisq differenti,

     ta' fehmiet li m'ghandhomx gjies?

 

GHALIEX hafna jigu jzuru,

il-Bazilki tassew sbieh:

dik ta' Fuq u l-Ohra t'Isfel,

u fejn INT qieghedt tistrieh?

 

     Halli nwiegbek mela issa,

     hekk tkun taf il-GHALIEX dan;

     issir thobb aktar  l ASSISI,

     u 'l FRANGISK qaddis setghan!

 

Ghax Frangisk kien tassew ghaqli,

habb lil Alla u 'l-bnedmin,

ghex fil-faqar, dar bil-morda,

ikkonverta 'l-midimbin.

 

     Hadem hafna biex il-Paci

     tkun fil-qalb ta' kull mahluq;

     ghalhekk gera, ghalhekk tkellem,

     ghalhekk talab fil-maghluq!

 

Ghal dan l-ghan gabar hafn'Ahwa,

ried li jmorru 'l hawn u 'l hemm

biex ixandru l-Bxara t-Tajba;

kien hemm min carcar id-demm!

 

     Il-Bazilki Frangiskani,

     bil-pittura kullimkien,

     tal-qaddis il-hajja kollha,

     tista' tikseb wisq gharfien.

 

Hawn il-post wisq idejali

fejn it-talb isir f'kull zmien

biex ghall-merti ta' Frangisku  

PACI jkollna kullimkien!

 

P. Dom. Bonello OFMConv

Ghawdex: 6 ta' Lulju 2003

 


Din il-Poezija waslet Assisi bil-posta minghand l-awtur innifsu fid-19 ta' Lulju 2003

Assisi 19.7.2003


Poezija

ta'

Patri Dumink

Bonello

OFMConv