|
Poezija Frangiskana |
|
|
Il-Fqajjar ta' Assisi ta' Anastasju Cuschieri O.Carm. Terzjarju Frangiskan Il-Fqajjar t'Assisi
Taht sigra, fuq gholja tal-Umbria, Il-bdiewa ma dwaru bil-qtajja, Jien nilmah il-Fqajjar ta' Kristu Ixandar il-kelma tal-hajja.
Xejn fuqu hlief xkora; gild, ghadam Sar gismu bis-sawm u 't-tbatija; 'Mma il-kelma li tohrog minn fommu B'kemm qawwa ta' hegga moghnija!
Fost 'l bnedmin, kemm ilu li beda Iz-zmien fuq il hlejjaq jittajjar, Ftit kienu li kellhom l'imhabba Li wera ghal hutu da 'l Fqajjar.
"Int ohti minn Alla missieri" kien dejjem isejjah kull hlieqa, San-nemla li tirfes xi darba Ghaddejja ma shaba fi trieqa.
"Alvernia!" Oh, x'isem ta' hlewwa! Alvernia! oh, xhieda ta qalbu! Int gismu rajt darba jidbiddel Fi xbiha ta Kristu li sallbu.
Kif tilmah daqqiet 'il ghasafar Jittajru mat-tjun tal-ghadajjar, Bla gwienhom ma itebbghu; hekk jiena Nisthajjel fi zmienu da 'l Fqajjar!
Ghaddej qalb il-hazen ta' hutu, Bla tebgha, bla bezgha, bla dieqa, Ixandar, il-faqar ta' Kristu Imaqdar, id-dinja qarrieqa.
Oh ghani tassew fuq il-ghonja Min bhalu warajk, o Alla, jimxi, jithenna Int giehu, inti gidu, inti Kollox "Fid-dinja u fis-saltna tal-genna."
Il Fkajjar t'Assisi * * qed ingibuha wkoll fil-forma originali
Taht sigra, fuk gholja tal Umbria, Il bdieua ma duaru bil ktajja, Jen nilmah il Fkajjar ta Cristu Ixandar il chelma tal hajja.
Xejn fuku hlief xcora; gild, ghadam Sar gismu bis-saum u 't-tbatija; 'Mma il chelma li tohrog minn fommu B'chemm kauua ta hegga moghnija !
Fost 'l bnedmin, chemm ilu li beda Iz-zmien fuk il hlejjak jittajjar, Ftit chienu li chellom l'imhabba Li uera ghal hutu da 'l Fkajjar.
"Int ohti minn Alla missieri" Chien dejjem isejjah cull hlieka, San-nemla li tirfes xi darba Ghaddejja ma shaba fi trieka.
"Alvernia !" oh, x'isem ta hleuua ! Alvernia ! oh, xhieda ta kalbu ! Int gismu rajt darba jidbiddel Fi xbiha ta Cristu li sallbu.
Chif tilnmah dakkiet il ghasafar Jittajru mat-tjun tal ghadajjar, Bla guienhom ma itebbghu; hecc jena Nisthajjel fi zmienu da 'l F'kajjar !
Ghaddej kalb il hazen ta hutu, Bla tebgha, bla bezgha, bla dieka, Ixandar, il fakar ta Cristu Imakdar, id-dinja karrieka.
Oh ghani tasseu fuk il ghonja Min bhalu uarajc, o Alla, jimxi, jithenna; Int giehu, inti gidu, inti collox "Fid-dinja u fis saltna tal genna".
Anastasju Cuschieri O.Carm. Terzjarju Frangiskan Mgarr - Malta, 16 ta' April 1916
Dehret f'il-Habbâr ta’ S.Antnin ta' Padova, Sena XXII, no. 10, Ottubru 1932, Nota minghand Patri Edmund Teuma OFMConv: Il-poezija "Il-Fqajjar ta' Assisi" hi ta' P. Anastasju Cuschieri dehret f'Il-Habbar fl-1932 izda hu kitibha fl-1916, din sibtha fil-gabra tal-poeziji tieghu. Dakinhar iffirma "terzjarju Frangiskan mill-Imgarr" izda dak hu Anastasju Cuschieri O.Carm. - 16 ta' Lulju 2003 Assisi 18.6.2003 |
Poezija ta' Anastasju Cuschieri O.Carm. Terzjarju Frangiskan
|
|