|
L-Ordni Frangiskan f'Malta |
|
|
Il-Missjoni tal-Frangiskani Konventwali Hamsa u ghoxrin sena fl-Indja. kitba ta' Fr Joseph Cilia OFMConv
l-Missjoni tal-Frangiskani Konventwali fl-Indja
din is-sena qed ticcelebra l-25 sena mit-twaqqif taghha. L-Ordni mwaqqaf
minn San Frangisk t’Assisi ilu prezenti fis-sub-kontinent Indjan minn
meta kien ghadu maghqud f’wiehed. Dan jehodna lura fl-1291 meta Gwanni
ta’ Montecorvino, li aktar tard lahaq Arcisqof ta’ Cambalech, wasal
f’Kerala, fin-naha t’isfel ta’ l-Indja tul il-kosta Malabarika. Minn dak
iz-zmien sallum, ulied San Frangisk baqghu jahdmu f’din l-art immensa,
l-ewwel meta kienu ghadhom maghqudin f’Ordni wiehed, ghalkemm ma kinux
organizzati, imbaghad permezz tar-riformi tal-Kapuccini, l-Osservani,
ir-Riformati u ohrajn. Illum maghhom zdidna mhux biss ahna l-Konventwali
u l-Ordni tat-Terzjarji Regulari u s-sorijiet tat-Tieni Ordni, dawk li
nsejhulhom Klarissi, imma wkoll ghadd kbir ta’ kongregazzjonijiet ta’
religjuzi ta’ rgiel u nisa li jipprofessaw ir-regola tat-Tielet Ordni.
L-Ordni taghna l-Konventwali ghamel diversi attentati biex jidhol fl-Indja, l-aktar wara li San Massimiljan M. Kolbe ma kienx irnexxielu jdahhal l-Ordni hemm, minkejja li mar hu nnisu mill-Gappun fl-1932 biex ihejji t-triq ghat-twaqqif tieghu. Imma meta l-Ordni, permezz tal-Provincja ta’ Malta, irnexxielu jidhol f’Kerala, dejjem stqarr li qed jaghmel dan biex donnha titwettaq il-kitba ta’ San Massimiljan: illum jew ghada x’imkien fl-Indja ghad inkunu. F’Kapitlu Generali ta’ l-Ordni, l-Ministru General, P. Vitale Bommarco (aktar tard Arcisqof ta’ Gorizia fl-Italja ta’ fuq) offra t-twaqqif ta’ l-Ordni fl-Indja bhala tifkira ta’ gheluq il-hamsin sena mill-bidu tal-Missjoni ta’ Kolbe fil-Lvant Imbieghed.
Fl-1979 l-Ministru General Bommarco baghat l-Indja lil P. Sebald Reil, li kien is-Segretarju Generali tal-Missjonijiet biex ihejji rapport ghad-Definitorju Generali bil-possibbiltajiet fejn l-Ordni jista’ jibda l-hidma tieghu. P. Bommarco baqa’ dejjem ihobb u jghozz l-Indja u kien isejhilha “il-Missjoni tieghu” sakemm miet fl-2004.
L-Isqof Joseph Powathil (illum Arcisqof ta’ Changacherry) tad-djocesi orjentali ta’ Kanjirappally tar-rit Siro-Malabariku jew ir-rit ta’ San Tumas fl-Istat ta’ Kerala, stieden b’mod formali lill-Ordni biex jiftah l-ewwel dar fid-djocesi tieghu, f’Chotty (bejn Kanjirappally u Mundakayam) fid-distrett ta’ Kottayam. Hu ta anki kull ghajnuna lil Patri Samwel Chetcuti u lil Patri Albert Sammut meta dawn waslu Kerala fi Frar tal-1981 biex jibdew il-prezenza permanenti ta’ l-Ordni hemmhekk. Hu halliehom jghixu ghal xi xhur fid-dar tal-qassisin iritirati f’Koovappally sakemm marru joqoghdu fid-dar iz-zghira li l-Ordni kien xtara f’Chotty. Din d-dar, li wara ftit tkabbret, illum hi msemmija “Arambha Bhavan” jigifieri “id-dar tal-bidu”. Il-Kurja Generali zzomm li l-Ordni dahal fl-Indja f’Novembru 1980 meta P. Samwel Chetcuti mar l-Indja l-ewwel darba halli jsib l-art ghall-bini ta’ l-ewwel kunvent li aktar ’il quddiem kellu jissemma “Nirmalaram” jigifieri “il-Gnien ta’ l-Immakulata”.
Huwa interessanti li l-gublew tal-fidda tal-Missjoni Indjana jahbat mac-centinarju tat-twaqqif tal-Provincja Maltija tal-Frangiskani Konventwali, li ghandha storja twila ta’ hidma missjunarja fil-Mesopotamja, il-Moldavja u Kostantinopli. Kienet strumentali biex jerga’ jitwaqqaf l-Ordni fl-Ingilterra u biex jitwaqqaf l-Ordni fl-Awstralja. Kien hemm missjunarji jahdmu f’Ûambja, il-Brazil, it-Turkija u l-Filippini. Imma nistghu nghidu li l-Indja hi l-gawhra ta’ l-attività missjunarja taghha ghax fi zmien 25 sena hejjietha biex issir Provincja indipendenti. Jekk Alla jrid, fil-Kapitlu Generali li jmiss, fl-2007, l-Indja ssir Provincja u l-Provincja Matija ssir omm!
F’dan l-artiklu bi gratitudni niftakru fil-missjunarju Maltin li taw is-servizz taghhom ghat-twaqqif u l-izvilupp tal-missjoni Indjana: P. Samwel Chetcuti, P. Albert Sammut, P. George Attard, P. Alfred Vella, P. Frankie Debono, P. Robert Agius u P. Ugolin Xerri, li llum bhala promutur tal-missjonijiet tal-Provincja, bl-ufficcju missjunarju fir-Rabat, qed ikompli l-hidma kbira tieghu biex jghin il-missjoni finanzjarjament.
Jien kont it-tielet missjunarju minn Malta li wasal fl-Indja fit-28 ta’ Marzu 1982. Il-Providenza riedet li jien inkun l-istrument li naghti direzzjoni fil-bini tal-Missjoni fl-istrutturi u fil-vizjoni taghha. Dan minhabba l-fatt li ghal hafna snin kont l-uniku missjunarju Malti li stajt noqghod l-Indja b’mod permananenti minhabba d-diffikultajiet tal-viza. Wara 23 sena, kwazi dejjem fit-tmun tat-tmexxija, fit-2 ta’ April ta’ din is-sena 2005 irrinunzjajt ghall-ufficcju ta’ Kustodju Provincjali biex il-Missjoni tkun tista’ titmexxa kollha kemm hi mill-Indjani. Dan kien gest ta’ fiducja fil-patrijiet Indjani li issa jistghu jmexxu lilhom infushom. L-ewwel superjur maggur Indjan hu P. Mathew Purayidom.
Fis-success tat-twaqqif u l-izvilupp tal-missjoni Indjana hemm imdahhlin ukoll ghadd gmielu ta’ patrijiet u benefatturi minn Malta, l-Italja, il-Germanja, l-Awstralja u pajjizi ohra. Ma nistghux ma nsemmux lill-eks Ministru General P. Lanfranco Serrini, li b’imhabba kbira tul it-tnax-il sena tal-Generalat tieghu segwa b’attenzjoni kbira u ta ghajuna kbira lill-Missjoni f’dawk is-snin difficli. Kien bl-interess u s-suggeriment tieghu li l-Missjoni hadet l-istat guridiku ta’ Kustodja Provincjali kif ghadha sallum. Il-Ministri Provincjali Maltin, P. Ferdinandu Mercieca, P. Alfred Calleja u P. Robert Agius ghamlu kulma setghu ghall-izvilupp tal-missjoni u dejjem qasmu l-ferh u d-diffikultajiet ta’ l-izvilupp taghha, l-aktar bil-hafna zjajjar taghhom fl-Indja. Tajjeb li naghrfu wkoll il-hafna ghajnuniet finanzjarji ta’ diversi Provincji ta’ l-Ordni, fosthom dawk ta’ Padova, it-Toscana (l-aktar bil-hidma ta’ P. Gaetano Barile), il-Germanja u ohrajn.
Fl-20 ta’ Dicembru 1994 il-Missjoni saret Kustodja Provincjali li hi ekwivalenti ghal Vici-Provincja. Illum hi ghandha 188 membru: 39 sacerdot, zewg fratelli religjuzi bil-voti solenni, 10 studenti professi solenni, 38 student profess semplici, 11 novizz, 16 pre-novizz u 72 aspirant. Ghandha prezenza fi tliet stati ta’ l-Unjoni Indjana li jinsabu fin-naha t’isfel: Kerala b’hames kunventi, Andhra Pradesh b’zewg kunventi u Tamil Nadu b’zewg kunventi ohra. Tajjeb ghalhekk li naghtu panorama ta’ dawn il-kunventi bl-attivitajiet tal-missjoni li jsiru fiz-zoni taghhom skond it-tliet stati li semmejna.
Fl-Istat ta' Kerala
Nirmalaram imwaqqaf fl-1981 f’Chotty,
fid-distrett ta’ Kottayam. Fih hemm is-seminarju minuri bi skola interna
ghall-aspiranti. Il-patrijiet jiehdu hsieb ghadd ta’ fraternitajiet ta’
l-Ordni Frangiskan Sekular u gruppi ta’ zghazagh imxerrdin mad-djocesi
Siro-Malabarika ta’ Kanjirappally.
Kolbe Ashram imwaqqaf fl-1983 f’Aluva fid-distrett ta’ Ernakulam fl-arcidjocesi ta’ Ernakulam-Angamaly tar-rit Siro-Malabariku bhala tifkira taz-zjara li kien ghamel San Massimiljan M. Kolbe f’Ernakulam u f’Aluva fl-1932 bl-ghan li jwaqqaf Belt ta’ l-Immakulata ohra (wara dik tal-Polonja u l-ohra tal-Gappun) u biex jibda jippubblika r-rivista “Il-Kavalier ta’ l-Immakulata” bil-Malayalam, il-lingwa ta’ l-istat ta’ Kerala. Hawn il-Missjoni ghandha l-istudenti kjerci li jkunu fil-kors tal-filosofija u t-teologija. Ghal dan il-kors akkademiku huma jattendu fil-fakultà ta’ San Guzepp (Mangalapuzha) li hi fil-qrib. Dan il-kunvent-kullegg hu c-centru ta’ bosta attivitajiet, fosthom il-progetti socjali tal-Missjoni, bhalma huwa c-Centru Socjali ta’ Sant’Antnin li jikkonsisti fi skola taz-zghar, skola tal-hjata, il-klinika ta’ San Pawl u l-kunvent tas-sorijiet imsejhin Preshitharam Sisters li jghinu f’dawn l-attivitajiet socjali. Hemm ukoll il-progett tal-bini tad-djar ghall-foqra msejjah Assisi Housing Project li jikkonsisti fi tliet gruppi ta’ djar li jissejhu nagars.
Franciscan Ashram imwaqqaf fl-1993 f’Nattakkal fid-ditrett ta’ Kasargod fl-arcidjocesi ta’ Thalassery tar-rit Siro-Malabariku. Fl-1 ta’ Jannar 2003 dan sar l-ewwel parrocca tal-Missjoni bil-knisja ddedikata lil San Frangisk t’Assisi. Ghal hafna snin dan il-kunvent serva bhala dar tal-pre-novizzjat.
Padua Franciscan Ashram iwaqqaf fl-1995 f’Putenchira East fid-distrett ta’ Thrissur fid-djocesi Siro-Malabarika ta’ Irinjalakuda bhala tifkira tat-tmien centinarju mit-twelid ta’ Sant’Antnin ta’ Padova. Il-Knisja-Santwarju tfakkar ukoll l-istess avveniment flimkien mal-hamsin anniversarju meta Sant’Antnin kien iddikjarat Duttur tal-Knisja. Tfakkar ukoll il-migja tar-relikwi tal-Qaddis f’Kerala minn Padova fl-1996. L-ewwel gebla taghha tbierket fil-prezenza ta’ dawn il-relikwi fit-8 ta’ Frar 1996. Ghal xi snin dan il-kunvent serva wkoll bhala dar tan-novizzjat, imma minn din is-sena, 2005, qed isservi ghall-pre-novizzi.
Assisi Shanthi Kendra imwaqqfa
fl-1999 f’Karukutty fid-distrett ta’ Ernakulam fl-arcidjocesi
Siro-Malabarika ta’ Ernakulam-Angamaly. Hija d-dar centrali tal-Missjoni
fejn joqghod is-Superjur Maggur u jigu kkoordinati l-attivitajiet
tal-Missjoni. Hemm ukoll knisja kbira ddedikata li San Frangisk t’Assisi
li sservi ghall-funzjonijiet liturgici u attivitajiet pastorali, fosthom
il-famuzi Tlitiet ta’ Sant’Antnin bi tliet patrijiet iqarru l-jum kollu.
Din il-knisja nbniet bhala tifkira tal-Gublew il-Kbir tas-sena 2000 –
kienet imbierka u kkonsagrata fit-8 ta’ Dicembru 1999 – u biex tfakkar
fl-impenn li ghandhom il-patrijiet fl-ispirtu t’Assisi. Hawn jezisti
wkoll ic-Centru Frangiskan ghall-irtiri, seminars u korsijiet, l-aktar
ghall-hidma ghac-centru ta’ paci u djalogu (FCPD) tal-Missjoni
bl-attivitajiet tieghu.
Dan ic-centru jaghti kull sena The
Spirit of Assisi Annual Award. Mac-centru hemm ukoll Muzew. Din
il-komunità tiehu hsieb id-diversi fraternitajiet ta’ l-O
Fl-Istat ta' Andhra Pradesh Il-prezenza tal-patrijiet f’dan l-istat hija kkunsidrata missjoni ad gentes fil-veru sens tal-kelma. Dan l-istat hu wiehed mill-aktar fqar ta’ l-Indja u kull sena jkun milqut minn hafna kalamitajiet naturali minbarra li hu mifni bil-marda ta’ l-aids.
Din il-missjoni bdiet b’decizjoni ta’ Kapitlu Kustodjali Straordinarju f’Dicembru tas-sena 2000 u billi f’dan l-istat il-knejjes huma tar-rit Latin, hemm il-potenzjal li aktar ’il quddiem il-kunventi f’Andhra Pradesh isiru Provincja ohra. L-ewwel zewg patrijiet li marru f’dan l-istat kienu P. Joe Palukunnel u P. Bosco Puttanal. Din il-Missjoni bidet ufficcjalment fit-28 ta’ Gunju 2001. Bhalissa hemm ghandna zewg parrocci.
Bala Yesu Franciscan Ashram imwaqqaf fl-2001 f’Dondapudi fid-distrett ta’ Godavari West fid-djocesi Latina ta’ Eluru. Mal-kunvent hemm knisja-santwarju spazjuza ddedikata li Gesù Bambin (Bala Yesu). Din inghatat lill-missjoni mill-Isqof John Mulagada. Dan il-kunvent qieghed f’zona difficli hafna ghaliex jinsab imdawwar mill-gellieda Marksisti li jsejhulhom naxtalites. Dawn, mill-foresta tal-qrib, jiggieldu biex igibu l-gustizzja socjali imma juzaw kull mezz vjolenti biex jilhqu l-ghan taghhom. Fl-2003 inbniet Hostel bl-ghajnuna finanzjara tal-Caritas Antoniana ta’ Padova li tigbor fiha tletin tifel u tifla. Dawn it-tfal qed jadottawhom il-Maltin permezz tal-Ufficcju Missjunarju Frangiskan immexxi minn P. Ugolin Xerri. Minbarra hekk, il-parrocca hija mdahhla f’diversi attivitajiet socjali biex jghinu l-ifqar fost il-fqar. Hemm ukoll ic-centru tal-lebbruzi li b’imhabba kbira qed ikun ikkurat bil-ghajnuna finanzjara li tidhol permezz ta’ P. Ugolin.
St.Maximilian Franciscan Ashram
imwaqqaf bhala kunvent u parrocca fl-2002 f’Christianpet fid-distrett u
fid-djocesi tar-rit Latin ta’ Guntur. Sa l-ewwel xhur ta’ din is-sena
Fl-Istat ta' Tamil Nadu F’dan l-istat il-Vici-Provincja ghandha zewg kunventi:
Assisi Snehalaya imwaqqaf fl-2004 f’Rottikaundanur fid-distrett ta’ Coimbatore fid-djocesi Siro-Malabarika ta’ Palakkad (il-Kurja ta’ l-Isqof tinsab f’Kerala). L-ghan ta’ dan il-kunvent hu l-qadi tal-fqar u n-nies abbandunati, l-aktar dawk li jsofru bil-marda ta’ l-aids.
Belvedere Franciscan Ashram imwaqqaf fi Frar tal-2005 f’Kotagiri fid-distrett ta’ Nilgiris, fid-djocesi Siro-Malabarika ta’ Mananthavady (il-Kurja ta’ l-Isqof tinsab f’Kerala). Din hi d-dar tan-Novizzjat u hi ddedikata lill-Beata Tereza ta’ Calcutta.
Interessanti li ma’ dan il-gublew tal-fidda tal-Missjoni Indjana qeghdin infakkru wkoll gheluq il-75 sena minn meta San Massimiljan M. Kolbe beda l-missjoni tieghu fil-lvant imbieghed. Ghalhekk mal-ferh taghna nzidu r-radd ta’ hajr taghna lejn dan il-Qaddis Martri ta’ l-Imhabba, li kien ta’ ispirazzjoni ghall-ftuh ta’ diversi missjonijiet tal-Frangiskani Konventwali fl-Asja. Mehud mir-Rivista Il-Habbâr ta' Sant'Antnin, nru. 20 -Ottubru 2005. Valletta: 13.10.2005 |
Il-Missjoni tal-Provincja Frangiskana Maltija 25 Sena f'Indja 1980 2005
|
|