L-Ordni Frangiskan f'Malta

 

<<|werrej|>>


Frangiskani Konventwali

prezenza f'Malta ta' 'l fuq minn 630 sena


 kitba ta' P. Alexander Bonnici OFMConv


Xenqa ghall-Frangiskani

L-Ordni tal-Minuri kien ghadu ma nqasamx. Ma kienx hawn hlief dawk li llum nafuhom bhala Frangiskani Konventwali. Imma lil Malta kien hawn min xennaqha ghal San Frangisk qabel ma l-patrijiet tieghu dahlu f’Malta. Il-Papa Girgor X, fl-1272, baghtilna Frangiskan biex imexxi d-djocesi ckejkna taghna. Kien jismu Gakbu ta’ Malta. Hu doppjament importanti ghal Malta. Il-fatt li jissejjah “ta’ Malta” juri li kien imwieled f’din il-gzira. Ma jidhirx li qatt kien hawn Malti bhala isqof qabel dan iz-zmien. Kien ukoll l-ewwel Frangiskan li rifes dawn il-gzejjer.

 

Il-Maltin bdew jingibdu lejn l-isem ta’ Frangisku. Ghadda ftit taz-zmien u ntbaghtu Frangiskani ohrajn bhala isqfijiet taghna. Gew mill-Italja u minn Franza. Lilna jinteressana l-izjed wiehed minnhom. Kien jismu Enrico da Cefalù (1334-1341). Gie fostna minn Sqallija. Jidher li kien fi zmienu li l-Ordni tal-Minuri dahal f’Malta.

 

Ir-Rabat

L-ewwel prezenza Frangiskana kienet fir-Rabat. Dhalna f’post ckejken u fqir magenb sptar li minhabba r-rabta li kellu mal-patrijiet, issejjah Sptar San Frangisk. Zewg dokumenti tas-seklu erbatax juru li zewg patrijiet Frangiskani kienu r-retturi tieghu. Kien jisimhom Pawlu u Nikola Papalla, li zgur li gew minn Sqallija. L-ewwel knisja thezhzet bit-terremot ta’ l-1693.

 

Inbniet wahda gdida mill-arkitett Lorenzo Gafà, u tlestiet fil-bidu tas-seklu tmintax. Kien hemm rabta kbira ma’ zewg sptarijiet fil-qrib. Minhabba f’hekk dahlet devozzjoni lejn kwadru ckejken li juri l-Madonna qed titlob. Kulhadd beda jsejhilha Madonna tas-Sahha. Id-devozzjoni kibret u nfirxet specjalment bis-sahha ta’ P. Manwel Ebejer.

Il-kwadru kien inkurunat mill-Arcisqof Mikiel Gonzi fl-4 ta’ April 1948. Is-santwarju hu centru ta’ pellegrinaggi mill-inhawi kollha ta’ Malta u Ghawdex.

 

Il-Belt Victoria ta’ Ghawdex

Il-post kien u ghadu jissejjah ir-Rabat. Imma l-isem ufficcjali tieghu hu wkoll Victoria. Il-Frangiskani dahlu fih fl-1492. Ghall-ewwel kienu jghixu fi tliet gherien. Imbaghad inghatatilhom knisja ckejkna ddedikata lil San Mark. Imma l-patrijiet, fl-1535, biddlulha isimha u semmewha ghal San Frangisk.

 

Qamet fil-knisja devozzjoni kbira lejn Sant’Antnin. Il-Bambin ta’ l-istatwa tieghu kien sikwit jittiehed fi djar il-morda. Il-knisja, fl-1663, inbniet mill-gdid. Il-patrijiet ta’ sikwit ixxennqu ghal knisja gdida. Tkabbret u zzejnet imma l-knisja ma nbidlitx. Kienet maghrufa ghal devozzjonijiet partikulari bhalma huma dawk lejn San Kalogeru u San Sidor. Imma taghhom ma fadalx hlief l-istatwi.

 

Madankollu qamet f’Ghawdex devozzjoni kbira lejn l-Immakulata Kuncizzjoni. Fl-1663 twaqqfet fratellanza taghha b’opri socjali marbutin maghha, fosthom l-ghajnuna ghal xebbiet foqra li riedu jizzewgu. Il-knisja zzejnet bi statwa ta’ valur artistiku kbir. Hi statwa ta’ l-Immakulata minquxa fl-injam minn Salvu Psaila fl-1848. qabilha kien hemm statwa ohra.

 

Il-Frangiskani f’Ghawdex kienu dejjem mahbubin. Imma l-hajja kemm-il darba kienet difficli specjalment minhabba l-faqar. Illum il-knisja zzejnet bl-opri artistici ta’ Pawlu, Michael u Mario Camilleri Cauchi. Missierhom Wistin ukoll ghamel numru ta’ statwi ghal din il-knisja. Dik ta’ San Frangisk hi meqjusa wahda mill-ahjar li ghamel.

 

Il-Belt Valletta

Fl-1598, il-Frangiskani Konventwali dahlu l-Belt. Il-post fejn bnew il-knisja taghhom sar centralissmu ghax jintlahaq malajr minn Malta kollha. L-istorja ta’ San Frangisk tal-Belt hi ghanja f’kull aspett taghha. Tintrabat ma’ P. Filipp Cagliola, storiku Frangiskan maghruf hafna. Hu l-fundatur tal-Fratellanza ta’ l-Immakulata, li ghadha attiva sallum. Il-knisja u l-kunvent inbnew mill-gdid. Fost il-benefatturi kbar insbu lill-Gran mastri Gregorio Carafa u Anton Manoel de Vilhena. Bosta huma l-opri l-kbar tal-knisja. Blondel u Bonavia hadmu fil-bini taghha.

 

Il-knisja zzejnet bi kwadri ta’ Mattia Preti, Filippo Paladini, Pietro Gagliardi, Ganni Vella, Rafel Bonnici Calì, u ohrajn. Baqa’ msemmi bil-kapolavur tieghu Guzè Calì, li dahal f’kompetizzjoni ma’ Attilio Palombi biex pitter fiha.

 

Hi knisja li nbniet f’ghamla ta’ sala barokka. Qamet diskussjoni kbira u dahlet sahansitra l-qorti meta giet biex titkabbar.

 

Il-knisja ticcelebra b’solennità l-Immakulata u San Frangisk. Imma, fuq kollox, nistghu nsejhulha l-konfessjunarju ta’ Malta. Ma hawnx knisja mfittxa daqsha ghas-servizz tal-qrar.

 

San Pawl il-Bahar

Il-knisja nbniet ma’ ftuh is-seklu 20. Il-patrijiet huma grati lejn il-Markiza Anna Bugeja. Bis-sahha taghha l-Frangiskani Konventwali setghu jsiru provincja awtonoma.

 

Il-knisja hija ddedikata lid-Duluri. Fl-1905, meta kienet ghadha kif inbniet, saret parrocca. Tal-patrijiet, f’dak iz-zmien, ma kienx hawn parrocci hlief dik tal-Portu Salvu tal-Belt. Il-hidma pastorali fiha tinhass b’mod specjali fix-xhur tas-sajf ghaliex il-post hu centru turistiku.

 

Il-Markiza Bugeja stenniet li l-knisja tkun hafna akbar ghal dak li hallset ghaliha. L-ewwel knisja ma kinitx ta’ pregju artistiku kbir. Imma malajr izzejnet b’opri kbar. Il-kwadru titulari, dawk tal-kor u ta’ l-altari tal-knisja huma opra tal-maghruf Guzè Calì.

Il-knisja, biz-zmien, inhasset zghira ghaliex San Pawl il-Bahar kiber. Fis-snin sittin kien hemm min xtaq knisja gdida. Kienet saret pjanta u anki mudell taghha, li hu qisu xini. Imma flok ma saret wahda gdida, tkabbret hafna dik li kien hemm.

 

Dik iz-zona kibret. Il-Frangiskani Konventwali kienu jiehdu hsieb l-inhawi taghha, li jehduhom sal-Pwales, Ghajn Tuffieha, Burmarrad u l-Wardija. Bil-mod il-mod, inbnew knejjes ohrajn.

Din is-sena 2005 il-parrocca ta’ San Pawl il-Bahar qed ticcelebra l-ewwel centinarju mit-twaqqif taghha.

 

Birkirkara

Kienet it-tieni gwerra dinjija li fl-1940 dahhlet lill-patrijiet Frangiskani f’Birkirkara. Stkennew hemm fi zmken ta’ periklu. Il-kunvent u l-knisja tal-Belt intlaqtu mill-bombi u l-Avukat Guzè Pace offrielhom daru stess. In-nies tal-post ma riduhomx jitilqu u l-Frangiskani ma ddispjacihomx li baqghu hemm.

Dahlu f’post li, fuq wara, kien kollu ghelieqi. Illum zviluppa hafna. Inbniet knisja gdida. Ghall-hidma pastorali kbira li fiha, il-patrijiet qatt ma kienu bizzejjed fin-numru.

 

Il-knisja ssemmiet ghal San Frangisk. Imma dahlet fiha devozzjoni kbira lejn Sant’Antnin. Bdiet bhala festa tat-tfal. Imma mill-1976 il-festa hadet xejra ohra. Issir festa kbira li ma ghandha xejn x’tghir ghal dik ta’ parrocci ohrajn. hafna lil dil-knisja jahsbuha msemmija ghal Sant’Antnin. Hi knisja fi stil Romaniku.

 

L-istatwa ta’ Sant’Antnin li hemm illum inhadmet f’Ortisei, fl-Italja ta’ fuq. Fil-knisja hemm kull xorta ta’ inizjattivi bhal fil-parrocci. Twaqqaf ukoll il-kazin socjali Sant’Antnin u fl-1983 giet iffurmata banda, li hadet hi wkoll isem il-Qaddis. Meta fl-1995 zewg relikwi ta’ Sant’Antnin gew icuruna minn Padova, ic-celebrazzjonijiet bdew sewwa sew f’Birkirkara. Il-kunvent hu wkoll post ta’ formazzjoni ta’ zghazagh b’vokazzjoni biex isiru Frangiskani.

 

Burmarrad

Burmarrad ghandu rabta ma’ San Pawl il-Bahar. Qieghed fil-limiti tieghu. Hu post ghaziz ghaliex ifakkarna fil-wasla providenzjali ta’ San Pawl fi gziritna. Hemm il-knisja ta’ San Pawl Milqi, imma lin-nies ma kinitx qed taqdihom tajjeb. Il-Frangiskani ta’ San Pawl il-Bahar bdew imorru fil-post halli jghinuhom.

 

P. Dumink Bonello u Fra Filip Grima kienu ta’ l-ewwel li taw daqqa ta’ id. Imma fl-1958 bdiet tinbena knisja. Kien hemm min ried isemmiha ghal San Pawl jew ghal San Publiju jew ghal San Luqa jew ghall-Madonna ta’ Fatima. Imma fl-ahhar qablu li jsemmuha ghall-Qalb bla Tebgha ta’ Marija.

 

Ghall-ewwel kien hemm certu Guzeppi Borg li hareg bil-proposta li jibni knisja u kunvent. Imma mbaghad ir-ruh ta’ l-opra kien Manwel Bonnici. Il-knisja ntrabtet hafna ma’ P. Wistin Magro, l-ewwel Gwardjan u mbaghad l-ewwel Kappillan. Statwa tal-Qalb ta’ Marija ngiebet minn Spanja. Thallset mill-familja Deguara. Malajr bdiet issir il-prucissjoni fil-festa.

 

Il-kwadru titulari hu ta’ Emvin Cremona. Fl-1964 il-knisja kienet ikkonsagrata. Beda jkollha l-hidmiet ta’ parrocca. Saret trabilhaqq parrocca fl-1971. kienet okkazjoni ta’ ferh doppju ghaliex fl-istess sena P. Manwel Gatt, iben Burmarrad, ordna sacerdot.

 

Burmarrad baqa’ post ckejken, imma l-parrocca tieghu hi organizzata. Centru li ssemma ghal Sant’Antnin hu apprezzat ghas-servizzi li jaghti lill kull kategorija tal-parrocca.

 

Kienet idea genjali meta Ganni Bonnici nghata kummissjoni biex jahdem statwa mill-fibre glass tal-Madonna li semmieha Omm il-Maltin. B’inizjattiva ta’ Krispin Mangion, tqassmu eluf kbar ta’ santi b’dik il-Madonna. Kull min jghaddi minn dik it-triq traffikuza ma jistax ma jintlaqatx mill-harsa helwa taghha.

 

Bugibba-Qawra

Il-Frangiskani dahlu l-ewwel f’Bugibba. Hija knisja ckejkna minghajr ebda lussu, li ssemmiet ghal San Massimiljan M. Kolbe. Fis-sajf, sa mill-bidu nett, inhasset bzonnjuza hafna. Huma eluf kbar dawk li jfittxu dik iz-zona ghas-sajf.

 

Imma l-patrijiet malajr tefghu ghajnejhom fuq zona ohra fil-Qawra. Ma tistax tinfired minn Bugibba ghaliex huma l-istess Frangiskani li jiehdu hsiebha. Imma l-progett tal-Qawra kien wiehed grandjuz. Il-Frangiskani dahlu ghal riskju b’tama li ma tonqoshomx il-providenza.

 

Il-pjanta kienet tal-perit Richard England. L-istil hu wiehed uniku. L-ebda knisja taghna f’Malta ma tixbah lil dik tal-Qawra. Il-hidma lill-patrijiet thallihom bla nifs. Il-knisja hi ddedikata lil San Frangisk. L-ewwel gebla taghha tqieghdet fl-1993, imbaghad l-arcisqof Guzeppi Mercieca kkonsagraha fl-1999.

 

Mill-11 ta’ Dicembru 2004 din il-knisja tal-Qawra saret it-tielet knisja parrokkjali tal-Frangiskani Konventwali.

 

It-Tifkira ta’ l-1905

Dan m’huwiex hlief hjiel ta’ grajjiet il-Frangiskani Konventwali tul sekli ta’ storja. Imma din is-sena fit-12 ta’ Frar 2005, ahna rroddu hajr lil Alla b’mod specjali ghaliex ghaddew mitt sena minn mindu nghatajna r-responsabbiltà li nkunu provincja. Kull knisja li nfethet baqghet fuq saqajha. Jekk kien hemm bdil, dan kien dejjem ghall-ahjar. Lil Alla nberkuh, lil Missierna San Frangisk irroddulu hajr ghaliex harsitna hi mitfugha ’l quddiem lesti biex, bhala Ordni Appostoliku, ghas-servizz tal-poplu ta’ Alla, nibqghu naghmlu hilitna biex nghixu ta’ Frangiskani tassew. Minghajr ma nitkabbru, ahna naghmlu uzu mit-talenti kollha taghna biex nghixu l-motto taghna ta’ Paci u Gid.

<<|werrej|>>


Mehud mir-Rivista Il-Habbâr ta' Sant'Antnin, nru. 18 - Frar 2005, 18-21

Valletta: 26.2.2005


 

 

 

 

 

Frangiskani

Konventwali

100 sena

Provincja

1905-2005