|
L-Ordni Frangiskan f'Malta |
|
|
Ir-Rikonjizzjoni tal-Gisem ta' Fra Baskal (Farrugia) minn Ghawdex, Kapuccin 1869-1937
Kitba ta' Patri Joseph Libreri OFMCap Hamsin Sena ilu saret ir-Rikonjizzjoni Kien ezattament fis-6 ta' April 1953 meta fil-prezenza ta' Mons Guzeppi Pace, Isqof ta' Ghawdex u tar-Rev. Patri Pietru Mamo, Provincjal tal-kappuccini saret ir-rikonjizzjoni ta' Fra Baskal Farrugia fil-Kripta tal-Knisja tal-Madonna tal-Grazzja fir-Rabat, Ghawdex.
Fra Baskal twieled u gie mghammed iz-zebbug ta' Ghawdex, nhar l-Erbgha 10 ta' Frar 1869. Il-genituri tieghu kienu Guzeppi Farrugia miz-Zebbug, Ghawdex u Roza Spiteri imwielda x-Xaghra minn Guzeppi u Marija neč Cini. Fil-maghmudija tawh l-isem ta' salvu, Mikiel u Guzeppi, ic-celebrant kien Dun bartilmew Busuttil. salvu kien ir-raba' wiehed minn familja ta' tlettax-il wild.
Vokazzjoni Religjuza Salvu meta kien ghadu ckejken kien digą beda jhoss li jixtieq isir religjuz. meta kien jara xi Fratell Kapuccin jigbor ic-cirka (karitą) fit-toroq taz-Zebbug kien jissahha warajh.
Meta kellu madwar wiehed u ghoxrin sena ezattament fl-24 ta' Dicembru 1890, Salvu gie mlibbes ic-coqqa kapuccina minn idejn Patri Guzeppi Marija mill-Birgu, fil-knisja tal-madonna tal-grazzja fil-Belt Victorja Ghawdex. F'din ic-cerimonja isem salvu gie mibdul f'Dak ta' Fra Baskal minn Ghawdex.
Religjuz ezemplari u ta' penitenza Fil-hajja religjuza tieghu, Fra Baskal wettaq diversi responsabbiltajiet, l-iktar dik ta' sagristan u cirkatur. Il-bicca l-kbira ta' hajtu ghaddieha fil-kunvent ta' Ghawdex. Kien religjuz ezemplari u ta' penitenza, devot kbira ta' Gesł ewkaristija u tal-madonna tal-Grazzja. Il-gosdt tieghu kien li jghin lil dawk il-foqra li kuljum kienu jmorru jhabbtu l-bieb tal-kunvent ghall-karitą u l-ikel.
Fra Baskal miet b'fama ta' qdusija nhar it-Tlieta 18 ta' Mejju 1937, fl-isptar generali ta' Ghawdex. Folla kbira ta' nies imlew it-toroq li minnhom ghadda l-funeral. Meta l-katavru wasal fil-knisja tal-Madonna tal-Grazzja saret quddiesa, imbaghad gie midfun fil-kripta ta' l-istess knisja fil-qabar numru wiehed.
Jingabar il-fdal tieghu f'urna Wara l-mewt ta' Fra Baskal hafna nies kienu jmorru kuljum fuq il-qabar tieghu biex jitolbuh jidhol ghalihom fil-bzonnijiet taghhom tal-gisem u tar-ruh. Xi whud kienu jistqarru li qalghu grazzji bl-intercessjoni tieghu. B'hekk il-fama ta' qdusija li kien igawdi f'hajtu kompliet tikber wara mewtu.
Kienu ghaddew kwazi sittax-il sena mill-mewt ta' Fra Baskal meta fis-6 ta' April 1953 saret ir-rikonjizzjoni legali tal-kattavru tieghu kif jitolbu l-ligijiet tal-knisja. Flimkien ma' l-isqof ta' ghawdex u mal-Provincjal tal-Kapuccini kien hemm prezenti n-nutar Francesco refalo, u bhala xhieda Dr Antonio Tabone, tabib principali ta' l-isptar generali ta' Ghawdex u l-Onor. Edgar Montanaro, kummissarju ghal Ghawdex.
Il-Fdal ta' Fra Baskal tqieghed f'tebut taz-zingu. wara li gie ssigillat mill-isqof u mill-provincjal, trqieghed f'urna ta' l-injam li tinsab fil-kripta tal-knisja tal-kapuccini ta' Ghawdex.
Nhar il-Hadd 6 ta' April 2003, giet iccelebrata Quddiesa ta' Radd il-Hajr fis-santwarju tal-Madonna tal-Grazzja fir-Rabat, Ghawdex fejn hemm il-Kripta ta' Fra Baskal.
Kuntratt tar-Rikonizzjoni tal-Kadavru ta' Fra Baskal Illum sitta (6) ta' April tas-sena elf disa' mija u tlieta u hamsin (1953)
Quddiem Nutar Francesco Refalo u quddiem ix-xhieda legalment kapaci deher hawn personalment, il-Wisq Rev. Patri Provincial tar-Reverendi Patrijiet tal-Kappuccini Pietro Mamo, bin il-mejtin Francesco u Emmanuela neč Galea imwieled u residenti l-Furjana, Malta.
Minni Nutar maghruf; Bis-sahha ta' dan il-Kuntratt jiena Nutar sottoscritt Francesco Refalo gejt imsejjah mill-Wisq Reverendu Patri Provincial Pietru mill-Furjana tal-Ordni tal-Patrijiet Minuri Kappuccini tal-Provincja ta' Malta. fis-sotterran tal-Knisja taht it-titolu tal-Madonna tal-Grazzja tal-Kunvent tal-Patrijiet Kappuccini ta' Ghawdex sabiex naghti legalment ix-xhieda tieghi u nestendi dana l-att pubbliku u legali skond ma huwa preskritt mil-ligijiet tal-Knisja.
Igifieri li quddiemi u quddiem ix-xhieda kompetenti gie miftuh il-qabar numru wiehed C (1.c.) fejn gie u sa issa kien jinsab midfun l-Ajk Profess Kappuccin Fra Baskal miz-Zebbug ta' Ghawdex li miet fit-tmintax (18) ta' Mejju tas-sena elf disa' mija u sebgha u tletin (1937) mizmum minn kulhadd b`fama ta' qdusija.
Li flimkien ma' l-imsemmi Fra Baskal minn Ghawdex instab midfun ukoll il-gisem ta' religjus iehor Fra Pacifku minn Bormla Malta. Imma Fra Frangisk minn Ghawdex Ajk Kappuccin li jinsab hawn prezenti ghal dan l-att sollenni u legali jistqarr taht gurament illi l-ewwel katavru li nstab fil-miftuh qabar numru wiehed C (1.c.) huwa tal-mejjet Fra Baskal miz-Zebbug ta' Ghawdex ghaliex meta miet dan l-Ajk Fra Baskal hu gie midfun fil-wicc tal-qabar numru wiehed C.(1.c.) kien prezenti u jista' jiddikjara li minn dak inhar dak il-qabar ma nfetahx aktar u b'hekk jista' jigi dikjarat b'certezza billi dana l-imsemmi Fra Frangisk minn Ghawdex kien u baqa' fil-familja religjuza Kappuccina ta' l-fuq imsemmi Kunvent tal-Kappuccini.
Ghalhekk billi l-imsemmi Fra Baskal minn Ghawdex miet b'fama ta' qdusija u skond ma jinghad qeghdin jinqalghu bosta grazzji minn ghand Alla bl-intercessjoni tieghu, l-Eccellenza tieghu Reverendissima Monsinjur Giuseppe Pace Isqof ta' Ghawdex ried u ddenja ruhu li jkun prezenti ghal din ir-Rikonjizzjoni sollenni u legali tal-gisem tal-imsemmi Fra Baskal u quddiemi stess u quddiem xhieda ohra bhalma huma prezenti Dr. Antonio Tabone Tabib principali ta' l-Isptar governattiv tal-Belt Vittoria Ghawdex; l-onor. Edgar Montanaro, Kummissarju ta' Ghawdex; il-Wisq Rev. Patri Provincjal tal-Kappuccini tal-Provincja ta' Malta Pietru mill-Furjana; ir-Rev. Patri Angeliku minn Ghawdex Gwardjan tal-Kunvent tal-Kappucci ta' Ghawdex dan il-gisem ta' Fra Baskal mill-qabar numru wiehed C (1.c.) tas-sotterran tal-Knisja tal-Madonna tal-Grazzja tal-Patrijiet Minuri Kappuccini ta' Ghawdex gie midfun u mqieghed u ssaldat go kaxxa taz-zingu u dina go ohra tal-injam u gie ssigillat b'zewg sigilli l-wiehed tal-Eccellenza Tieghu Mons. Giuseppe Pace Isqof ta' Ghawdex u l-iehor tal-Provmcja tal-Patrijiet Kappuccini. Fuq sider il-kadavru ta' Fra Baskal gie mgieghed ukoll stocc tal-hgieg bil-hajja tieghu fil-qosor u miktuba fuq il-pergamena.
Maghmul u ppubblikat dan il-kuntratt maghmula l-previa u debita cerziorazioni lil probi kontraenti fis-sotterran tal-Knisja tal-Kappuccini li tinsab triq Kappuccini Victoria Gozo minghajr numru quddiem ix-xhieda legalment kapaci Edgar Montanaro Kumissarju ta' Ghawdex bin il-mejjet Guglielmo mwieled il-Furjana, Malta u residenti Victoria Gozo u s-sinjur Cavalier Dottor in Medicina Antonio Tabone bin il-mejjet Nicolo mwieled u joqghod Victoria Gozo. Xhieda hawn taht iffirmati li ghandhom il-kwalitajiet kollha rikjesti mil-Ligi Attwali kif huma stess jistqarru u jiddikjaraw.
P. Pietru mill-Furjana O.F.M. Kap. Min. Provincjal. Edgar G. Montanaro Kumissarju ta' Ghawdex - xhud. Antonio Tabone M.D., - xhud Francesco Refalo Nutar - Pubbliku Malti.
Ikkolazzjonat ma' l-original. Francesco Refalo Nutar Pubbliku Malti.
A true copy from my deeds. Quod attestor.
Given on this the fourteenth (14) day of April one thousand nine hundred and fiftythree (1953):
FRANCESCO REFALO (Notary Public of Malta). Dan l-artiklu deher fil-Lehen is-Sewwa, Is-sibt 5 ta' April, 2003, p.10. Il-Kuntratt tar-Rikonjizzoni huwa mehud mill-ktejjeb ta' Patri Anglu (Mizzi) mill-Belt, Taghlim meqjus u Qasir fuq il-Hajja u l-Mewt ta' Fra Baskal minn Ghawdex, Kappuccin, Malta 1953Assisi 27.4.2003 |
Fra Baskal (Farrugia) minn Ghawdex OFMCap 1862-1937
Il-Qabar ta' Fra Baskal fil-Kripta tal-Knisja tal-Madonna tal-Grazzja fir-Rabat, Ghawdex.
|
|