L-Ordni Frangiskan f'Malta

 

◄◄|werrej|►►


Frangiskani Konventwali (OFMConv)


Kitba ta' Patri Alessandru Bonnici OFMConv


L-Ewwel Frangiskani

fir-Rabat lejn l-1355

L-ewwel rabta ma' Malta bdiet meta l-Papa Girgor X, fl-1272, ghazel Frangiskan Malti biex ikun Isqof ta' Malta. Dan kien Gakbu ta' Malta, li dam Isqof sa l-1299. Aktarx li kien dahal mal-Frangiskani ta' Sqallija. Hu kien l-ewwel Malti li nafu li sar isqof. L-Ordni Frangiskan kien ghadu familja wahda. Minn dak iz-zmien, Malta bdiet tixxennaq ghal ulied Frangisku. Imma dawn ma gewx malajr. Bejn l-1334 u l-134l, Frangiskan Sqalli bl-isem ta' Enrico ta' Cefalù gie maghzul bhala Isqof ta' Malta. Minnufih warajh, kien hemm Frangiskan iehor: il-Franciz Nicola Bonet (1342-1343).

 

L-Ordni kien ghadu maghruf bhala dak tal-Minuri. Il-Frangiskani kellhom bhala sigla dik ta' "O.Min." jigifieri "Ordo Minorum". Argumenti ta' valur jaghtuna hjiel li, fi zmien dawn iz-zewg isqfijiet, bdiet tithejja t-triq halli l-Frangiskani jidhlu f Malta.

 

Il-post kien it-Rabat magenb sptar qadim li l-ewwel kitbiet li ghandna fuqu juruhulna bl-isem ta' San Frangisk (u mbaghad issejjah "Santu Spirtu"). Il-knisja nafuha minn dejjem imsemmija ghal San Frangisk. Manuskritt tal-Kancellerija Regja ta' Palermo, li tieghu nsibu diversi kopji fl-Arkivju Sigriet tal-Vatikan, jibda mis-sena 1347. Fih jissemma Padre Paolo Papalla, bhala rettur u amministratur ta' l-isptar. L-ghazla ta' Papalla ma setghetx tkun qabel is-sena l355, ghax dak li ghazlu bhala rettur kien it-Re Federiku IV ta' Aragona (1355-1377). Imma zgur li Paolo Papalla ma hux Nicola Papalla, rettur iehor li jissemma izjed tard. Dan jidher car mill-fatt li, fid-dokument tan-nomina ta' Paolo, insibu li kien ir-rettur ghal "Sptar ta' l-Ordni ta' San Frangisk hdejn ic-cimiteru ta' San Pawl". L-espressjoni "Ordni ta' San Frangisk" hi prova li turi b'certezza li l-isptar kien immexxi mill-Ordni Frangiskan, u mhux minn xi Terzjarji. Ghall-istorja nzidu wkoll li Paolo Papalla ma kienx l-ewwel rettur ta' l-Isptar  San Frangisk. Kemm retturi kien hemm qablu sa  zmien l-ghazla tieghu ma nafux. Wara Paolo Papalla, kien hemm Padre Nicola Papalla, bhala rettur. Imma d-dokument fuq dan ta' l-ahhar ma hux car daqs l-ewwel wiehed ghax tissemma biss il-"knisja" ta' San Frangisk, u mhux l-"Ordni". Padre Nicola Papalla miet fl-ahhar ta' l-l392.

 

Il-hajja kienet fqira. Imma kienet hajja ta' hidma fil-qalba tar-Rabat, ic-centru ta' Malta medjevali. Xi Frangiskani ohrajn intrabtu ma' Malta ghax gew maghzula bhala isqfijiet. Minbarra l-ewwel tlieta, kien hemm it-Taljani Antonju (1370-1371) u Indri Pace (1408-1409), u l-Ispanjol mill-gzira ta' Mallorca Gwanni Ximenes (1418-1420). Imma ma nafux jekk dawn l-isqfijiet kienx gew Malta. Kien hawn xi Frangiskani ohrajn li hallew isem. Fosthom, insemmu lil Padre Stefano De Angelo. Skrizzjoni fuqu fl-Universita l-qadima ta' Malta tghidilna li kien "sacerdot Frangiskan ghaziz ghall-bnedmin ta' kull grad fis-socjetà."

 

Il-Frangiskani, fl-ewwel zmien taghhom f'Malta, kienu jxiddu fuqhom tonka griza lewn l-irmied. L-Ordni Frangiskan, li hu gej direttament minn San Frangisk, biddel biz-zmien it-tifsila tat-tonka, u dahhal il-lewn iswed, u fl-ahhar zmien, rega' beda jdahhal dik ta' lewn griz.

 

Il-Herba tal-Pesta

Ghall-habta ta' l-1453, epidemija ta' pesta laqtet il-gzejjer Martin. Il-Frangiskani tal-kunvent ckejken tar-Rabat, li baqa' magenb l-isptar ta' Santu Spirtu, mietu kollha. Il-kunvent, ghal xi zmien, kien minghajr patrijiet; imma ma kienx abbandunat. Kien baqa' f'idejn il-Frangiskani ta' Sqallija li, sa dak iz-zmien, kienu ghadhom maghrufin bhala l-Ordni tal-Minuri. Jidher li ghex fih il-Frangiskan Frate Johannes li, fl-1470, ingieb Malta minn Sqallija, b'inizjattiva tal-Kunsill Popolari halli jghallem. It-tieni formazzjoni ta' komunità Frangiskana kienet fi tmiem l-1494. Minn dak iz-zmien 'il hawn, il-Frangiskani ma hargu qatt izjed mir-Rabat. Kien zmien meta, fl-Ordni mwaqqaf minn San Frangisk, kienu nibtu xi riformi: bhalma kienet dik tal-Frati ta' l-Osservanza Regolari. L-Ordni Frangiskan originali, mis-sena 1517 'l hawn, beda jissejjah ta' sikwit bhala dak tal-Minuri Konventwali, jew il-Frangiskani Konventwali.

 

Il-Bidu f'Ghawdex u fil-Belt Valletta

Ordni tal-Minuri, ghall-habta ta' tmiem is-seklu hmistax, dahal fir-Rabat ta' Ghawdex. Fil-bidu, il-Frangiskani ghexu fl-gherien. Imma, mhux izjed tard mill-1492, huma kellhom kunvent ckejken. Ghall-ewwel, gew moghtija knisja msemmija ghal San Mark. Imma, fl-1535, il-patrijiet biddlulha isimha u semmewha ghal San Frangisk, u baqghet hekk ghal dejjem. F'dan iz-zmien, mill-Minuri Konventwali hargu zewg riformi. Dawn kienu i) il-Paskwaliti-Alkantarini (1517-1563) u ii) il-Konventwali-Riformati (1557-1670).

 

Ittra tal-Gran Mastru Martin Garzes, miktuba fl-1598 turi li f'dik is-sena l-patrijiet kellhom kunvent fil-Belt Valletta, il-kapitali l-gdida ta' Malta. Imma l-kunvent kien fi pjan terran, bla arja, minghajr id-dawl tax-xemx, u nieqes mill-bzonnijiet essenzjali. Il-kunvent, wara zmien qasir f'post iehor li qatt ma gie identifikat tajjeb, inbena fi Triq San Gorg, illum Triq ir-Repubblika. Mieghu nbniet l-ewwel knisja. Imma kemm il-kunvent kif ukoll il-knisja ghaddew minn hafna tibdil. Fl-1681, kien hemm kostruzzjoni gdida tal-knisja bil-ghajnuna tal-Gran Mastru Gregorio Carafa. Benefattur kbir iehor kien il-Gran Mastru Antonio Manoel de Vilhena ghax dan ghen hafna fir-rikostruzzjoni tal-kunvent, li saret fl-1728. Din il-knisja hi, hija wkoll, f'gieh San Frangisk. Il-kwadru titulari u ohrajn huma ta' Mattia Preti. Tizzejjen ukoll bi kwadri ta' Filippo Paladini u Giuseppe Calì.

 

Tul Zmien il-Kavallieri

Kull wahda mill-fraternitajiet ta' l-ewwel zmien ghandha storja ckejkna marbuta maghha. Fir-Rabat zviluppat devozzjoni f'gieh il-Madonna tal-Grazzja. Imma, imbaghad, l-ewwel knisja kellha titwaqqa' minhabba l-hsarat kbar li garrbet fit-terremot ta' l-1693. Inbniet knisja gdida bi stil barokk fuq disinn ta' l-arkitett Lorenzo Gafà. Mis-seklu tmintax, b'effett ta' rabta ma' zewg sptarijiet fil-qrib (Santu Spirtu u Saura), bdiet devozzjoni lejn kwadru ckejken ovali li juri l-Madonna qieghda titlob; imma l-poplu beda jsejhilha: "Il-Madonna tas-Sahha"

 

Fir-Rabat ta' Ghawdex kibret id-devozzjoni tradizzjonali ta' l-Ordni Frangiskan lejn l-Immakulata. Fl-1663, twaqqfet il-Fratellanza ta' l-Immakulata, u kien hemm ukoll statwa qadima hafna li biz-zmien tgharrqet u l-patrijiet, fl-1972, ippermettew li tigi mahruqa. Mal-Fratellanza msemmija, intrabtet opra socjali. Ta' kull sena bdiet tigi ddotata ghaz-zwieg xbejba Ghawdxija fqira. Fil-fraternità ta' Ghawdex, ghex l-ewwel ministru ta' l-inkwizizzjoni li kien Patri Bonaventura Vella u s-successur tieghu P. Gamri Abela. Ghal xi zmien, kien hemm devozzjoni hajja lejn San Sidor, patrun tal-bdiewa, u tieghu giet minquxa statwa prezzjuza. Bdiet tikber ukoll devozzjoni f'gieh Sant Antnin. Il-Bambin tieghu jittiehed fid-dar tal-morda, u bhala weghda, joffrulu libsa gdida. Fratellanza, banda, purcissjoni, u tigrija tal-bhejjem kienu jsiru anki ghal nhar San Kalogeru, li tieghu saret statwa.

 

Il-knisja tal-belt Valletta, li biz-zmien sabet ruhha fit-triq ewlenija, malajr saret wahda ta' importanza. Ghal zmien qasir (1613-1631), kien hemm fil-kunvent il-Kullegg Sant Antnin ta' Padova, u fih kienu jinghataw il-gradi akkademici. Saret ukoll maghrufa l-Fratellanza ta' l-Immakulata Kuncizzjoni, mibdija fl-1637, minn nies ta' kultura u professjonisti. Patri Filipp Cagliola (1603-1653) kiteb ghalihom l-istatuti. Din baqghet dejjem fratellanza attiva.

 

F'dak iz-zmien ukoll, kien hemm patrijiet li bqajna niftakruhom. Xi whud digà ssemmew. Patri Cagliola kien maghruf bhala storiku ta' l-Ordni. Fil-fatt, fost l-ohrajn, hu ppubblika ktieb fuq grajjiet il-Frangiskani Konventwali ta' Sqallija, li maghha Malta kienet marbuta. Kien hemm patrijiet ghorrief li gew mitluba jaghtu s-servizz taghhom lill-inkwizizzjoni ta' Malta. Kienu konsulturi, ministri, katekisti, jew pro-kancillieri. Servizz kbir lill-inkwizizzjoni kien inghata fl-ahhar zmien minn Padre Francesco-Agostino Bonnici. Patri Bartilmew Stellini, li baqa' maghruf hafna bhala missjunarju, kien ukoll  superjur lokali ghat-tliet komunitajiet ta' Malta.

 

Is-Seklu Dsatax

Fi tmiem is-seklu tmintax, il-patrijiet batew hafna fl-imblokk tal-Francizi. Fl-1798, mill-Belt il-Francizi serqu kulma kien prezzjuz u ghalqu l-kunvent. Safa maghluq il-kunvent ta' Ghawdex ukoll. Lill-patrijiet baghtuhom kollha r-Rabat; imarru ma damux ma ghalqulhom dan ii-kunvent ukoll ghax il-Francizi riedu ittrasformawh f'habs Il-Francizi kienu gaghlu l-patrijiet jingabru fil-kunvent ta' S. Wistin, tar-Rabat, waqt li l-Agostinjani sfaw imkeccijin 'il barra. Imma wara madwar tliet xhur, il-Frangiskani kienu regghu lura fil-kunvent taghhom lejlet il-Milied tas-sena 1798. Tul iz-zmien qasir li fih intuza bhala habs, il-kunvent garrab hsara kbira.

 

Malta, fl-1800, helset mill-Francizi. Imma s-seklu dsatax baqa' wiehed difficli. L-Inglizi qatghu l-patrijiet minn ma' Sqallija u, minhabba f'hekk, dawn waqghu fil-mizerja. Il-vokazzjonijiet kienu ftit wisq. Imma fir-Rabat, id-devozzjoni lejn il-Madonna tas-Sahha hegget izjed. Fl-1815, dahlet il-purcissjoni li bdiet issir bi statwa ta' l-Immakulata minquxa fl-injam; jidher li din giet akkwistata minghand il-Frangiskani huthom ta' Palermo. Patri Gakbu Camilleri u Patri Mudest Sapiano xerrdu d-devozzjoni lejn il-Madonna.

 

F'Ghawdex ukoll, il-kunvent kien raga' nfetah. L-Inglizi, fl-1811, taw xi kontribuzzjonijiet lill-patrijiet halli jkunu jistghu jirrangawh. Salvu Psaila, fl-1848, hadem l-istatwa prezzjuza ta' l-Immakulata. B'hekk, dik li kellhom gabel twarrbet ghal kollox. L-istatwa ta' Psaila giet restawrata fl-1997. F1-1866, il-patrijiet kienu ghaddew minn zmien ta' krizi. L-Isqof Buttigieg ried jaghlqilhom il-kunvent. Imma l-krizi ntghelbet bil-ghajnuna ta' Patri Gann-Anton Bonelli. Fl-ahhar tas-seklu dsatax, il-knisja  twaqqghet u nbniet dik ta' zmienna.

 

Patri Bonelli (1819-1882) jixraqlu li jissemma bhala wiehed minn dawk li, lill-provincja Maltija, habbewha tassew. Hu kellu l-gieh li serva l-Ordni bhala prokuratur generali, u ghal zmien qasir mexxa l-0rdni wkoll. Qalbu kienet marbuta ma' Ruma b'tali mod li kien irrinunzja sahansitra ghall-episkopat biex ma jwarrabx minn dik il-belt.

 

Is-Seklu Ghoxrin:

Ix-Xaqliba ta' San Pawl il-Bahar

Bil-generozità tal-Markiza Anna Bugeja, lill-patrijiet inbnewlhom knisja u kunvent f'San Pawl il-Bahar. Gew accettati fl-1904. Il-knisja ssemmiet ghall-Madonna tad-Duluri. Sena wara, fl-1905, l-Isqof Pietru Pace ddikjaraha knisja parrokkjali. Kien ghad ma hawn l-ebda parrocca f'idejn il-patrijiet hlief dik ta' Santa Marija tal-Portu Salvu tal-Belt. Din tal-Frangiskani saret parrocca b'pastorali li tinhass hafna fis-sajf ghax qieghda f'post ta' villeggatura. Il-knisja, wara t-Tieni Gwerra Dinjija, bdiet tinhass ckejkna. Ghalhekk kien sar progett ta' wahda gdida f'ghamla ta' xini biex ikun hemm rabta mal-wasla ta' San Pawl. Imma mbaghad tkabbret dik li kien hemm. Fl-1979, meta tlestiet, dehret qisha mibnija mill-gdid.

 

Inhass il-bzonn ta' knisja anki fez-zona ta' Burmarrad. Il-bidu tal-bini taghha kien fl-1957. Ir-ruh tal-progett kien Manwel Bonnici: benefattur kbir. Il-knisja li nbniet issemmiet ghall-Qalb ta' Marija. Giet ikkonsagrata fl-1964, u l-Arcisgof Mikiel Gonzi, fl-1971, iddikjaraha parrocca.'

 

Fl-istess territorju u lejn l-istess zmien, il-Frangiskani hassew il-bzonn li jintefghu fuq hidma pastorali f'Bugibba. Il-bidu kien fl-1954. Knisja provizorja ssemmiet ghal San Massimiljan M. Kolbe. Imma ghas-sajf qatt ma kienet kbira bizzejjed. L-arkitett Richard England gie nkarigat jaghmel pjanta ghal knisja kbira u moderna fil-Qawra: zona pjuttost profana. Issemmiet ghal San Frangisk. Mill-1994, bdiet tintuza l-kripta taghha. Imma ma damitx ma nbniet fuqha l-knisja u tlestiet. Il-knisja giet ikkonsagrata mill-Arcisgof Guzeppi Mercieca fil-11 ta' Awissu 1999. Isiru fiha l-hidmiet parrokkjali kollha b'koncessjoni mill-parrocca ta' San Pawl il-Bahar. Fis-snin sebghin. ghal xi zmien, kien hemm esperjenza ta' hajja kontemplattiva fil-Pwales, b'rabta mal-knisja ckejkna ta' Sant'Anna. Ghalkemm il-post ghadu tal-Frangiskani, l-attività pastorali fih inqatghet. Imma, f'ghadd ta' knejjes ckejknin f'dik iz-zona ta' San Pawl il-Bahar. ghadha ssir xi hidma pastorali.

 

Birkirkara: Frott il-Gwerra

Il-kunvent u, xi ftit, anki l-knisja tal-Belt garrbu xi hsarat tul it-Tieni Gwerra Dinjija. Il-patrijiet stkennew f'Birkirkara. Imma n-nies xtaqu li l-patrijiet jibqghu hemm. Fl-1944 tbierek mahzen li kien qed iservi ta' knisja provizorja. Wara ftit tnikkir dwar jekk jibqghux f'Birkirkara jew le, fl-1952, tqieghdet l-ewwel gebla ta' knisja. Benefattur kbir kien l-Avukat Guzeppi Pace. Il-knisja nbniet fuq disinn tal-Perit Roger De Giorgio, u tlestiet fl-1957. Saret centru importanti ta' appostolat u biz-zmien post ta' formazzjoni b'kullegg u komunità ta' akkoljenza b'hidma vokazzjonali.

 

Il-knisja, ghalkemm imsemmija ghal San Frangisk, hawn min isejhilha ta' Sant'Antnin. L-istatwa ta' dan ta' l-ahhar inbidlet ghal tliet darbiet. Il-festa tieghu kibret hafna, u sa hemm banda muzikali marbuta maghha. Il-festa ta' Sant'Antnin titfittex hafna mid-dilettanti tal-festi.

 

Il-Hajja ta' llum

Ghal hafna snin, mill-1911 sa tmiem l-1968, gie ppubblikat Il-Habbâr ta' Sant'Antnin, u mbaghad sa l-1995 Il-Habbâr ta' San Massimiljan. Fil-qasam liturgiku, P. Alfons Sammut ippubblika xi kotba tal-kant bil-kliem u l-muzika.

 

Il-hidma pastorali baqghet hajja u maghha zdiedet attività kulturali partikulari. Fir-Rabat, kwazi kull attivita pastorali tintrabat mad-devozzjoni lejn il-Madonna tas-Sahha. Bil-hidma ta' Patri Manwel Ebejer (1881-1959), id-devozzjoni nfirxet ma' Malta kollha. Il-kwadru tal-Madonna gie inkurunat solennement mill-Arcisqof Gonzi fuq il-fosos tal-Furjana fl-4 ta' April 1948. Isiru hafna pellegrinaggi ghas-santwarju, u hemm eluf kbar miktubin fil-Kongregazzjoni tal-Madonna. Il-festa fit-tielet Hadd ta' Ottubru tkun mistennija hafna.

 

Ir-Rabat sar ukoli centru kulturali. Bhala inizjattiva provincjali, Patri Alexander Bonnici flimkien ma' xi ohrajn fl-1967 ta bidu ghal dar editrici li ssejhet Religjon u Hajja. Wara tmexxija qasira mill-Belt u minn Birkirkara, is-sede taghha, mis-sena 1973, marret ir-Rabat. Sas-sena 1999 gew stampati izjed minn 140 ktieb ta' kultura u formazzjoni nisranija bil-Malti jew bl-Ingliz. Xi whud minnhom gew maqlubin ghall-Ingliz, Taljan, jew Spanjol.

 

Il-knisja tal-belt Valletta qisha l-konfessjonarju ta' Malta. Titfittex minn kulhadd. L-akbar festa taghha hi dik f'gieh l-Immakulata. Paramenti liturgici ta' lewn celesti huma unici ghal Malta. Il-festa tigi organizzata mill-Fratellanza ta' l-Immakulata. Il-festi huma kollha interni. Dik ta' San Frangisk issir bis-solennità li tixirqilha. Fl-okkazjoni tal-festa ta' Sant'Antnin tinghata ghajnuna lit-tfal ta' l-istituti halli lil dawn iferrhuhom nhar il-festa tal-qaddis patron taghhom.

 

Fl-1815 inhallet ir-rabta tal-Frangiskani Konventwali ta' Malta minn ma' Sqallija. Beda z-zmien ta' kustodja generali imma kien mimli b'kotra ta' problemi. Mis-sena 1905, il-Frangiskani Konventwali saru provincja awtonoma msemmija ghal San Pawl Appostlu. Il-Belt hemm il-kunvent li hu s-sede tal-ministru provincjal.

 

Il-Frangiskani Konventwali, bil-ftit patrijiet li ghandhom, jaghtu servizz pastorali bi predikazzjoni, pubblikazzjonijiet, xandir fuq ir-radju u t-televizjoni, fil-Kurja ta' l-Arcisgof, fl-Università, u f'bosta parrocci. Il-hidmiet taghhom jinfirxu f'bosta ferghat tal-pastorali nisranija. Lill-Maltin insibuhom ukoll fost il-penitenzieri tal-Bazilika ta' San Pietru ghax il-konfessuri f'din il-bazilika sa mis-sena 1774 fi zmien il-Papa Klement XIV kienu Frangiskani Konventwali. Bosta, fl-imghoddi wkoll, hadmu f'artijiet imbieghda f'missjonijiet jew qalb l-emigranti, jew f'xi artijiet ohrajn. Kienu huma li regghu taw hajja lill-Ordni fl-Ingilterra wara s-soppressjoni mill-Protestanti. Fi zmienna, fl-1980, huma taw bidu ghall-Ordni fl-Indja. Hadmu hafna fil-missjoni tar-Rodezja/Zambja fl-Afrika. Sallum ghadna nsibu Frangiskani Konventwali Maltin li jahdmu fl-Indja, il-Filippini, l-Italja, it-Turkija, u l-Awstralja.

 

L-Ordni tul iz-zmien kien ta' servizz ghall-Knisja anki b'dutturi kbar, bhalma kienu San Bonaventura u l-Beatu Gwanni Duns Skotu. Fost id-dutturi ta' xejra pastorali, hemm Sant Antnin ta' Padova. Minbarra ghadd ta' qaddisin u martri ta' l-imghoddi, fl-ahhar zmien l-Ordni hassu mheggeg bil-figura ggantija ta' San Massimiljan Marija Kolbe (1894-1941), martri ta' l-imhabba f'kamp ta' koncentrament, li l-Papa Gwanni Pawlu II ghogbu jsejjalilu "Patrun tas-seklu ghoxrin: seklu tant difficli."

 

Fuq kollox, il-Frangiskani Konventwali jitfghu harsithom fuq il-missier taghhom San Frangisk sabiex bhalu, bil-ghajnuna ta' Marija Immakulata, patruna taghhom, ikunu bhal Kristu iehor fost il-bnedmin.

 

◄◄|werrej|►►


Taghrif migbur minn Alexander Bonnici, L-Istituti ta' Hajja Kkonsagrata, Kullana Kulturali,11, Pin, Malta 2000, pp.25-33

Assisi 17.4.2003


L-Ewwel Frangiskani

Konventwali

waslu

fir-Rabat

Malta

lejn l-1355

 

Il-Knisja

ta' San Frangisk tar-Rabat

Malta u

l-isptar ta' Santu

Spirtu

 

Frangiskan

Konventwal bit-tonka

kif kienet

fi zmien

il-Francizi

1798

 

Patri

Gann-Anton Bonelli

1819-1882

Konventwal

li kien Prokuratur Generali

u ghal xi zmien mexxa l-Ordni kollu.