Qaddisin u Beati Frangiskani |
|
|
San Lawrenz ta' Brindisi (1559-1619) 21 ta’ Lulju Lawrenz Russo twieled Brindisi fil-Puglie, l-Italja ta’ isfel, fl-1559 minn familja maghrufa, izda dahal mal-Frangiskani Kapuccini tal-Provincja tal-Veneto. Kien bniedem ta’ intelligenza kbira u mohh mill-aqwa, kellu memorja tal-ghageb. Fi zmien tassew qasir tghallem bosta ilsna f’daqqa, fosthom il-Grieg u l-Lhudi, il-lingwi tal-Bibbja. Bil-karattru qawwi tieghu u bil-hila kbira li kellu fit-tahdit, sehhlu jwassal bosta protestanti u Lhud ghall-fidi Kattolika. Waqt il-battalja ta’ Alba Reale fl-Ungerija (1601) indahal biex jaghmel il-qalb lis-suldati Nsara. U jinghad li kien bis-sahha tieghu li dawn kisbu r-rebha. Hidma bhal din kien digà ghamilha qablu fl-istorja Frangiskana fl-1456 San Gwann ta’ Capestrano (1386-1456). Minkejja l-hafna xoghol li kemm il-Papiet u kemm l-Ordni rhew f’idejn Lawrenz, fosthom dak tal-Vigarjat Generali ta’ l-Ordni, huwa xorta wahda baqa’ jikteb u llum hu maghdud fost l-aqwa kittieba tal-Knisja. Miet Lisbona fit-22 ta’ Lulju 1619, dakinhar stess li ghalaq sittin sena. Fl-1881 il-Papa Ljun XIII kitbu mal-qaddisin filwaqt li l-Papa Gwanni XXIII gharfu b’Duttur tal-Knisja fl-1959.
Il-Predikazzjoni hija Hidma ta’ Appostlu mill-kitbiet tal-qaddis
Mit-tieni prietka tar-randan ittiehdet din is-silta li fiha l-qaddis jghid li l-predikazzjoni hija hidma ta’ appostlu.
Ahna, flimkien ma’ l-angli u l-erwieh tajba, konna mahluqin xbieha ta’ Alla, ghalhekk ahna lkoll ghandna ruh hajja. Biex nghixu l-hajja tar-ruh nehtiegu l-hobz tal-grazzja minghand l-Ispirtu s-Santu, nehtiegu l-imhabba ta’ Alla. Imma l-grazzja u l-imhabba ma huma xejn minghajr fidi, ghax minghajr fidi wiehed ma jistax joghgob lil Alla. U l-fidi ma tinghatax minghajr ix-xandir tal-Kelma ta’ Alla - il-fidi tigi mis-smigh u s-smigh jigi mix-xandir tal-Kelma. Ghalhekk ix-xandir hu mehtieg ghall-hajja tar-ruh bhalma z-zrigh hu mehtieg ghall-hajja tal-gisem.
Mela l-predikazzjoni hija hidma appostolika, angelika, nisranija, u divina. Ggax il-Kelma ta’ Alla hi mimlija b’kull tjieba, ggax qisha tezor ta’ kull gid. Tabilhaqq, minnha l-fidi, it-tama, l-imhabba, minnha kull virtu’, minnha d-doni ta’ l-Ispirtu s-Santu, minnha l-beatitudnijiet tal-Vangelu, minnha kull opra tajba, kull mertu u kull glorja li niksbu fis-sema. Ilqghu l-Kelma mhawla fikom: din tista’ salvakom.
Taghrif migbur minn Patri Edmund Teuma OFMConv. |
San Lawrenz ta' Brindisi
|