L-Immakulata Kunċizzjoni - Poeżija

 

<<|werrej|>> 


Jixraqlek kull tifhir


ta' Patri Dumink Bonello OFMConv


 

Bhal nar iheggeg

qalb xi foresta,

hekk imhabbti

go sidri ghalik,

O Marija!

 

Fahhruk uliedek,

u kemm felhu ghollewk,

f'kull zmien,

u kull fejn id-Din Nisrani,

jinsab mifrux.

 

Il-Knisja, sa mill-bidu,

Omm Alla gharfitek,

Kif tassew int,

la fik kien tnissel,

u minnek twieled

il-Verb t'Alla.

li sar bniedem.

 

Kien ghalekk

li Alla helsek.

Kif xeraqlek minn kull dnub

sa minn meta gejt imnissla,

IMMAKULATA, bil-grazzja mimlija.

 

X'ferh kien dak

meta l-Papa Piju Disgha

ipproklama DOMMA tal-fidi,

dan il-privilegg, tieghek biss,

fost kemm huma l-bnedmin.

 

Kien imiss, O Marija

li tkun imxandra

verità ohra,

li wara li temmejt

il-kors tal-hajja tieghek,

fuq dina l-art,

gejt imtellgha s-sema,

bir-ruh u bil-gisem.

 

Iz-zmien ighaddi

bla 'l hadd jistenna,

u ghalhekk bil-ferh

qeghdin infakkru,

il-Mija u Hamsin sena

tad-DOMMA ta'

l-Immakulat Koncepiment tieghek.

 

Ma tehda qatt il-Knisja

tfahhrek u tghidlek:

"Kollok sabiha, O Marija

u fik m'hemm ebda tebgha ta' dnub!"

 

 

Rabat - Ghawdex

30 ta' Settembru 2004


Din il-poezija waslet ghandna bl-idejn minghand l-awtur.

Valletta: 4.10.2004


 

Qaddisa Verġni Marija

minn fost

in-nisa ma twieldet qatt oħra bħalek.

Int il-bint

u

l-qaddejja

tas-Sultan

il-Kbir

l-aktar għoli u tal-Missier tas-sema,

Int l-omm tal-Mulej Qaddis tagħna

Ġesù Kristu,

Int

l-għarusa ta’ l-Ispirtu

s-Santu.