![]() |
L-Immakulata Kunċizzjoni - Poeżija |
|
L-Isbah Holqien ta' Gilbert Buhagiar
L-gherf kbir t'Alla setghani Li halaq l-univers, Haseb fi xbejba safja fil-Genesi hsieb fil-vers.
Ghalhekk mill-bidu kienet Sabiha minghajr dnub, Hi ghaxqet lill-Ispirtu li laqa' hu l-miktub!
Hi fethet trieq ghall-bniedem B'dirghajha miftuhin, Stenniet il-migja t'Alla Ghad-dnub tal-midinbin!
Din hija holqien t'Alla Hi ghaxxqet lit-Trinità Safja bla ebda tebgha Ghal dejjem, ghal eternità!
Inti l-aqwa kapulavur Vergni Immakulata, Hanina Omm Sultana Tal-bniedem int avukata!
Lejk ahna nixthu l-harsa Kull hin minghajr dewmien, Ghalina l-aqwa Regina Marija l-isbah holqien!
Rabat - Ghawdex Awwissu 1999 Din il-Poezija dehret fil-Ktejjeb: Immakulata Kuncizzjoni: Festa 1999, Knisja San Frangisk - Victoria -Ghawdex. p.15 Valletta: 4.10.2004 |
![]()
Qaddisa Verġni Marija minn fost in-nisa ma twieldet qatt oħra bħalek. Int il-bint u l-qaddejja tas-Sultan il-Kbir l-aktar għoli u tal-Missier tas-sema, Int l-omm tal-Mulej Qaddis tagħna Ġesù Kristu, Int l-għarusa ta’ l-Ispirtu s-Santu. |
|