![]() |
L-Immakulata Kunċizzjoni - Devozzjoni |
|
Talba lill-Immakulata Kuncizzjoni ghall-Anniversarju tad-Domma
Aghmel, o Immakulta, li bi grazzja ta' Kristu ibnek noqorbu lejk, inqimuk u nbierkuk bhala tron immakulat ta' Alla taghna. Int, o Marija, ma tista' qatt ma tismax it-talba taghna: int li bis-sehem tieghek regghet giet fostna l-hajja. Ftakar li int is-sellum li bih Alla ghogbu jinzel fostna sabiex ahna nkunu nistghu nitilghu ghandu.
Ghinna, o Immakulata Kuncizzjoni, ha nhaddmu l-umiltà, is-sabar u l-hegga biex insiru qaddisin. Inhallu t-tmexxija taghna nfusna f'idejk, medjatrici tal-grazzji, u bi kliem san Massimiljan Kolbe nghidulek: "Jalla t-8 ta' Dicembru jkun jum li fih nergghu nitwiledu mill-gdid u nitheggu fl-imhabba ghat-tixrid tas-saltna smewwija u dinjija tas-sultana mahbuba".
Grazzi, Immakultata Kuncizzjoni, ta' dak kollu li bi mhabba ghamilt ghalina.
O Immakulata Kuncizzjoni, kompli idhol ghalina.
Amen. Din it-talba dehret fuq in-naha ta' wara ta' santa lil Vergni Marija Immakulta mehruga mill-Frangiskani Minuri Konventwali tal-Belt Victoria, Ghawdex. Valletta: 5.2.2004 |
![]()
Talba ta' San Franġisk lil Marija
Qaddisa Verġni Marija minn fost in-nisa ma twieldet qatt oħra bħalek. Int il-bint u l-qaddejja tas-Sultan il-Kbir l-aktar għoli u tal-Missier tas-sema, Int l-omm tal-Mulej Qaddis tagħna Ġesù Kristu, Int l-għarusa ta’ l-Ispirtu s-Santu. |
|
![]() |