|
San Frangisk - grajjiet |
|
|
<<|werrej|>>Benefattur tal-foqraFrangisku jaghti u jittallab hu il-Karita' mill-Leggenda tat-Tliet Kumpanji Ghalkemm hu kien ilu benefattur tal-foqra, Frangisku iddecieda f'qalbu li ma jichad xejn lill-fogra li jitolbuh il-karità ghall-imhabba ta' Alla, imma li jaghtihom b'mod aktar generuz u bil-qalb minn qatt qabel. Kull meta kien ikun barra mid-dar u jiltaqa' ma' foqra li jitolbuh il-karità, kien jaghtihom mill-flus li kien ikollu. Jekk ma kienx ikollu flus, kien jaghtihom il-kappell jew ic-cinturin, biex ma jibghatx lill fqir b'idejh vojta. Jekk lanqas dawn ma kellu, kien imur f'post imwarrab, jinza' l-qmis, u mbaghad jaghtiha lill-fqir u jitolbu jehodha ghall-imhabba ta' Alla. Kien ukoll jixtri recipjenti li jkollhom bzonn il-knejjes biex jizzejnu bihom, u kien jghaddihom f'idejn is-sacerdoti foqra.
Meta missieru kien ikun jivvjagga u hu kien ikun id-dar, ghalkemm kien jiekol ma' ommu biss, kien jimla l-mejda bil-hobz daqslikieku kien qieghed ihejji l-ikel ghal familja shiha. Meta ommu kienet tistaqsih ghaliex iqieghed tant hobz fuq il-mejda, hu kien iwiegeb li dawn kellhom jinghataw karità lill-foqra, ghaliex hu kien iddecieda li, lil kull min jitolbu, jaghtih karita minhabba f'Alla. Ommu ghalhekk kienet thobbu aktar minn uliedha l-ohrajn, u kienet taghlaq ghajnejha ghal dawn l-affarijiet, filwaqt li kienet tosserva dak kollu li kien jaghmel u tammira l-hafna ghemejjel tajba li kienet tara f'qalbu.
Hu tant kien imdorri li jitlaq jigri wara shabu meta dawn kienu jsejhulu, u tant kien migbud lejn il-hbiberija taghhom, li hu kien iqum mill-mejda anke jekk ikun biss ghadu kemm beda jiekol. B'dan il-mod hu kien jinkwieta l-genituri tieghu ghax kien jitlaq' il barra mid-dar b'mod daqshekk dizordinat. Imma issa qalbu kienet ghal kollox moghtija biex jara lill-fogra, jismaghhom, u jaghtihom karità.
Tant kien inbidel bil-grazzja divina, li meta kien ghadu sekular, kien jixtieq li jmur f'belt ohra, fejn hadd ma jkun jafu, u hemm inehhi hwejgu u jibdilhom ma' dawk ta' bniedem fqir, u jipprova jittallab il-karità ghall-imhabba ta' Alla.
Gara li f'dak iz-zmien hu mar Ruma fuq pellegrinagg. Meta dahal fil-knisja ta' San Pietru, hu beda jinnota kemm kienu mizeri l-offerti li kienu qed jaghtu l-pellegrini, u qal lil innifsu: "Jekk il-princep ta' l-appostli jisthoqqlu tant gieh, ghaliex jaghmlu offerti tant mizeri fil-knisja li fiha jinsab midfun?" B'hegga kbira, hu hareg mill-horga hafna muniti u mela idu bihom, u xehethom mill-grata ta' quddiem l-altar, u tant ghamel hoss qawwi li kull min kien jinsab qribu baqa' mistaghgeb bl-offerta generuza tieghu.
Hu u hiereg mill-knisja ra li kien hemm bosta nies foqra, li kienu qed jittallbu l-karità. Hu mar fil-mohbi u ha l-hwejjeg ta' wiehed tallab, bidel mieghu hwejgu u libishom. Imbaghad mar jintasab fuq it-tarag tal-knisja mat-tallaba l-ohrajn u beda jittallab bl-ilsien franciz, ghaliex hu kien jaf jitkellem bil-franciz, ghalkemm mhux ghal kollox b'mod korrett.
Wara li neza l-hwejjeg tat-tallab u libes tieghu, rega' lura lejn Assisi u beda jitlob lil Alla biex imexxih fi triqtu. Hu ma kienx jaqsam is-sigriet tieghu ma' hadd, u lanqas kien ifittex parir minn hadd hlief minghand Alla li beda jmexxih fi triqtu, u xi kultant minghand l-isqof ta' Assisi. Ghax dak iz-zmien hadd ma kellu dak il-faqar veru li hu xtaq fuq kull haga ohra ta' din id-dinja, hekk li ried jghix u jmut bih.
mill-Leggenda tat-Tliet Kumpanji ta' San Frangisk, Kapitlu III, 8-10
Dan ir-rakkont deher fir-Rivista ta' Kultura Frangiskana, Spirtu u Hajja, Jannar-Marzu 2002, 17 -18.Assisi 9.7.2003 |
Kull meta Frangisku kien ikun barra mid-dar u jiltaqa' ma' foqra li jitolbuh il-karità, kien jaghtihom mill-flus li kien ikollu.
Hu u hiereg mill-knisja ra li kien hemm bosta nies foqra, li kienu qed jittallbu l-karità. Frangisku marfil-mohbi u hal-hwejjeg ta' wiehed tallab, bidel mieghu hwejgu u libishom. Imbaghad mar jintasab fuq it-tarag tal-knisja mat-tallabal-ohrajn u beda jittallab
|
|